Il-Viżjoni tagħna

Għeżież semmiegħa tagħna ta’ Radju Marija,

Nixtieq nibda billi nirringrazzjakom tas-sapport kontinwu li qegħdin tagħtu lil Radju Marija permezz tat-talb tagħkom. It-talb huwa li jżommna għaddejjin skeda wara skeda, biex inwasslu l-kelma t’Alla lilkom is-semmiegħa ta’ Radju Marija kemm f’Malta u Għawdex, kif ukoll intom ilkoll li ssegwuna barra minn xtutna.

Permezz ta’ din il-website, aħna għandna aċċess għalina wkoll biex insegwu l-istatisika ta’ kemm issegwuna u wkoll minn fejn qegħdin issegwuna. Huma figuri ta’ kuraġġ li jimmotivawna biex nibqgħu nagħmlu l-għalmu tagħna biex dejjem inwasslulkom l-aqwa… l-aqwa messaġġi bl-aħjar modi.

Il-kummenti li tgħaddulna u s-suġġerimenti permezz tal-website, facebook u l-sms’s huma ta’ inkoraggiment biex inkunu hemm għalikom u nkomplu ntejbu l-programmi ta’ Radju Marjia. Grazzi u grazzi tassew…. Grazzi wkoll tas-sapport finanzjarju li jogħġobkom tibagħtu, żgħira kemm hi żgħira d-donazzjoni. Tafu li Radju Marija ma jxandarx riklami u b’hekk il-ftit mingħand il-ħafna jsostnu l-ispejjeż materjali bħalma huma: l-ispiża tal-liċenzja nazzjonali, kontijiet tad-dawl, ilma, telephone u internet, fuel tal-karozza biex naslu għandkom u biex niġu nxandru minn postijiet differenti u ħafna u ħafna spejjeż oħra.

Aħna nemmnu li intom bħalna, tħossu l-bżonn ta’ dan ix-xogħol li qed jagħmel dan l-istazzjon u għalhekk nittamaw fil-providenza li r-Radju ta’ Ommna Marija jibqa’ jsib is-sostenn li għandu bżonn. Grazzi għażiż semmiegħ u semmiegħa ta’ Radju Marija tal-kontribut tiegħek.­


Il-Missjoni Tagħna

Għalkemm Radju Marija ma jappartjenix lill-Knisja, kontinwament ixandar it-twemmin Kattoliku u t-tagħlim tal-Knisja. Kuljum ixandar l-aħbarijiet Kristjani, li huwa bulettin li jżomm lis-semmiegħa aġġornati bl-aħħar aħbarijiet Kattoliċi minn madwar id-dinja. Radju Marija jagħmel l-għalmu tiegħu biex ikun minn tal-ewwel li jxandar konferenzi reliġjużi, avvenimenti u festi liturġiċi importanti.

Il-Quddiesa Mqaddsa tixxandar darbtejn kuljum min parroċċi differenti, inkulż mill-Knisja ta’ San Duminku fir-Rabat Malta u minn Ta’ Pinu, fl-Għarb Għawdex.

Radju Marija huwa instrument Marjan li jirrispondi għall-appell ta’ Marija l-Verġni Mbierka, permezz tat-talb u t-tagħlim tal-fidi Kattolika.


L-impjegati

MICHAEL AMATO

COORDINATOR

TONIO FENECH

PROGRAMS COORDINATOR

SARAH BARBARA

PROMOTION

MOIRA BUGEJA

Administration

ANTOINE BARBARA

TECHNICAL OFFICER

LUKE MALLIA

SENIOR TECHNICAL OFFICER