Gallery

Nhar Ħadd il-Palm 9 ta’ April, 2017 Radju Marija ċċelebrajna flimkien it-Testimonjanza ta’ Gloria Polo.

Nhar il-Milied, 25 ta’ Diċembru 2016, Radju Marija ċċelebra s-solenita tal-Quddiesa tal-Milied flimkien mar-residenti ġewwa l-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin.

Fis- 16 ta’ Diċembru 2016, bħala attività ta’ fundraising Radju Marija organiza Wine & Pizza b’divertiment ta’ mużika Country flimkien mal-Producer Ray Williams

Mumenti waqt il-Velja tal-Kunċizzjoni li ġiet iċċelebrata nhar il-Erbgħa 7 ta’ Diċembru 2016, ġewwa s-Santwarju ta’ Santa Tereża, B’Kara

Nhar is-Sibt 26 ta’ Novembru, 2016 fil-post il-ġdid fejn ser issir il-Proġett ta’ Radju Marija ċċelebrajna flimkien Quddiesa u tbierek il-post

Waqt l-Open Week li ġiet organizzata bejn it-Tnejn 21 u il-Ħadd 27 ta’ Novembru 2016, fejn il-pubbliku kien mistieden iżur il-Proġett il-ġdid ta’ sede ġdida għal Radju Marija.

Laqgħa straordinarja ġenerali tal-Assoċjazzjoni Radju Marija (ARM) li saret nhar is-Sibt 24 ta’ Settembru 2016, fejn issieħbu membri ġodda bil-parteċipazzjoni tal-president il-ġdid tal-World Family Radio Maria (WFRM), Vittorio Viccardi.

Ftit mil-mumenti waqt il-WYD 2016, ġewwa Krawkov, l-Polonja

Ix-xogħol minn voluntiera bi preparamenti għad-distribuzzjoni tal-fuljett bl-iskeda ta’ programmi għal matul ix-xhur Lulju, Awwissu u Settembru 2016

Tnejn mit-tmin Seminaristi li se jkunu ordnati saċerdoti ; Gilbert Scicluna u Mark Mallia Pawley, waqt intervista mal-producer ta’ Kuntatt, Joan Sammut, illum l-Erbgħa 27 ta’ Ġunju, 2016

Dawn huma r-ritratti tal-post il-ġdid għal Radju Marija Malta. Ħafna xogħlijiet jeħtieġu jsiru biex jakkomodaw il-bżonnijiet, iżda għandna bidu tajjeb. Fi żmien qarib ser norganizzaw ġurnata għalikom is-semmiegħa biex intom ukoll tiġu tarawha.

Il-Koordinatur Amministrattiv Michael Amato u l-Koordinatur tal-Programmi Tonio Fenech ta’ Radju Marija Malta flimkien ma’ Fr. Francisco Palacios, Faċilitatur Editorjali għal Familja Dinjija ta’ Radio Maria li ltaqgħu mal-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J. Scicluna f’laqgħa li seħħet nhar it-Tnejn 13 ta’ Ġunju, 2016 biex jiddiskutu suġġetti ta’ interess kurrenti f’Radju Marija Malta, fosthom il-mili tal-post vakanti ta’ Direttur tal-Istazzjon.