Lourdes 24-30 ta’ Lulju 2017

 Inżuru: Lourdes, Gavarnie, Lac d’Estaing, Argeles-Gazost,

Pont d’Espagne, Artouste, El Portalet u l-Grotot ta’ Betherram.

 24 30 ta’ Lulju 2017

Għal aktar informazzjoni ċempel fuq – 21453105 jew 21452474 

       

It-Tnejn| Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fit-8.50pm u b’titjira diretta mal-Air Malta, fl-10.50pm nitilqu għal Lourdes.

 

It-Tlieta| Fis-01.15am naslu Lourdes u nirkbu l-kowċ li teħodna għal-Lukanda Lys De Marie (3 star superior) jew simili, fejn ikollna sistemazzjoni tal-kmamar u ħin għall-mistrieħ. Wara l-kolazzjon, nibdew il-mawra tagħna f’Lourdes bi żjara fil-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernadette Soubirous. Imbagħad, niċċelebraw l-Ewkaristija f’waħda mid-diversi knejjes/kappelli li jinsabu viċin il-Grotta. Ma’ tmiem il-Quddiesa, nieħdu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Bażiliki. Inkomplu billi nżuru t-tliet Bażiliki u wara nagħmlu l-mixja tal-Via Sagra fuq l-għolja de l’Espeluges. Wara l-pranzu, għandna optional excursion għal Gavarnie, eskurzjoni verament sabiħa li matulha naraw ħafna veduti meraviljużi. Gavarnie huwa raħal qalb il-muntanji, 1357 metru ’l fuq mill-baħar. Nagħmlu waqfa fuq Pont du Napoleon, fejn nistgħu ngawdu veduta mill-aqwa u anke nistgħu nixtri xi tifkira tal-post. Hekk kif naslu Gavarnie, nistgħu nagħmlu mixja qalb xenarju mill-isbaħ jew nistgħu anke nieħdu rikba fuq xi żiemel. Wara, ikollna ċena fil-lukanda, u fid-9.00pm, nieħdu sehem bħala grupp fil-Purċissjoni Aux Flambeaux li tibda mill-Grotta u tintemm fil-pjazza ta’ quddiem il-Bażilika tar-Rużarju. F’din il-purċissjoni l-pellegrini jimxu wara l-istatwa tal-Madonna b’xemgħa mixgħula f’idejhom u jingħad ir-rużarju.

 

L-Erbgħa| Wara l-kolazzjon, fid-9.30am nieħdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li ssir fil-Bażilika l-Kbira ta’ taħt l-art iddedikata lil San Piju X. Din hija esperjenza unika, mimlija xeni impressjonanti ta’ devozzjoni. Wara din iċ-ċelebrazzjoni, immorru naraw DVD dwar il-Messaġġ ta’ Lourdes. Wara l-pranzu, ghadna optional excursion għal Lac d’Estaing u Argeles-Gazost. Nibdew il-ħarġa tagħna billi mmorru Lac d’Estaing li qiegħed f’gholi ta’ 1161 metru. Hemmhekk, insibu ilma ċar kristall u pajjessaġġ tassew sabiħ. Dan il-post huwa l-bidu għall-mixjiet fil-Park Nazzjonali. Wara nżuru Argeles-Gazost li hija destinazzjoni famuża ħafna għall-btajjel. Meta induru mal-pjazzez jew fit-toroq tal-villaġġ, nistgħu niskopru s-seħer moħbi ta’ Angeles fost oħrajn: ħafna funtani, villel mill-isbaħ tas-seklu 19, kif ukoll ġonna li nistgħu nitgħaxxqu bihom. Wara ċ-ċena fil-lukanda, ikollna xi ħin liberu.

 

Il-Ħamis| Illum ikollna kolazzjon kmieni biex inkunu nistgħu mmorru fil-banjijiet li qegħdin viċin il-Grotta u hemm nagħmlu t-talb tagħna. Wara, ikollna xi ħin liberu li matulu nkunu nistgħu naghmlu iz- żjajjar personali u xiri ta’ souvenirs. Wara l-pranzu, ikollna optional excursion fil-Pyrenees National Park, li huwa riserva naturali protetta u hemmhekk inżuru Pont d’Espagne. Din hija eskurzjoni mill-isbaħ fuq il-muntanji bl-opportunità li nitgħaxxqu b’xenarju sabiħ u kaskati meraviljużi. Wara ċ-ċena, ikollna xi ħin liberu.

 

Il-Ġimgħa| Wara l-kolazzjon, ikollna optional excursion ta’ jum għal Artouste (packed lunch), li tikkonsisti minn dawra verament sabiħa bil-coach fuq il-muntanji Pyrenees. Din il-ħarġa tilħaq l-aqwa tagħha meta permezz ta’ telecabine nitilgħu għoli ta’ 1920 metru minn fejn nirkbu petit train li permezz tagħha nduru qalb il-muntanji li jifirdu Franza u Spanja (telecabine u petit train ħlas extra ta’ €25 għall-kbar u €21 għat-tfal – minn 4 snin ’il fuq). Wara n-nofsinhar, immorru El Portalet, raħal żgħir fi Spanja fejn nistgħu nagħmlu ix-xiri tagħna qabel nirritornaw il-lukanda. Wara ċ-ċena, ikollna ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa.

 

 

Is-Sibt| Wara l-kolazzjon, inżuru diversi postijiet ta’ interess konnessi ma Santa Bernardette, bhal Boly Mill (fejn twieldet), il-Cachot u l-knisja Parrokkjali, li hija ddedikata lill-Qalb ta’Ġesu`. Wara l-pranzu, ikollna optional excursion għall-Grotot meraviljuzi ta’ Betherram (entratura nkluża). Din hija esperjenza unika li m’għandhiex tintilef. Dawn il-grotot huma meqjusa bħala waħda mill-isbaħ tad-dinja u definitivament l-iżjed interessanti minħabba l-varjazzjoni kbira ta’ forom li fihom. Wara ċċena, ikollna ħin liberu sakemm nitilqu mil-lukanda għall-ajruport(ħrug mill-kmamar fis-7.00pm).

 

Il-Ħadd| It-titjira titlaq minn Lourdes fis-2.55am u tasal Malta fl-5.20am.

 

PREZZ KULL PERSUNA

Kbar f’kamra trippla                    €579

Kbar f’kamra doppja                    €599

Kbar f’kamra singola                    €699

Tfal (2 sa 5 snin) ma’ żewġ adulti     €475

Tfal (6 sa 10 snin) ma’ żewġ adulti     €515

 

Nota: Is-City tax ta’ Lourdes (€1.10 kull lejl kull persuna – minn 18-il sena ’l fuq) mhux inkluża fil-prezz. Din it-taxxa titħallas direttament fil-Lukanda.

 

 

prezz jinkludi

Titjiriet diretti mal-Airmalta: Malta/Lourdes/Malta

Trasferimenti: ajruport/lukanda/ajruport

Akkomodazzjoni fil-Lukanda Lys de Marie (3 star superior) jew simili

Kmamar kollha bis-servizzi privati

Full Board (kolazzjon/pranzu/ċena)

Servizz ta’ Tour Leader

Servizz ta’ Direttur Spiritwali

It-taxxi tal-ajruporti u s-service charge

 

ESKURZJONIJIET

Tfal iħallsu nofs prezz

Gavarnie                                €27

Lac d’Estaing/Argeles-Gazost                €27

Pont d’Espagne                                 €27

Artouste/El Portalet

(telecabine/petit train extra)              €32

Grotot ta’ Betharram (entratura nkluża)     €29

 

 

Share

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *