Pellegrinaġġ għal Lourdes ma’ Radju Marija – 20 sa 24 ta’ Awwissu 2018

Pellegrinaġġ għal Lourdes ma’ Radju Marija - 20 sa 24 ta' Awwissu 2018

Pellegrinaġġ għal Lourdes ma’ Radju Marija

Mill- 20 sa 24 ta’ Awwissu 2018  (4-ijiem sħaħ)

Inżuru: Lourdes, Pont d’Espagne, Gavarnie, Artouste u El Portalet.

It-Tnejn | Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fit-3.00 p.m. minn fejn b’titjira diretta mal-Air Malta, fil-5.00 p.m. nitilqu għal Lourdes. Fis-7.25 p.m. naslu Lourdes u nirkbu l-coach li tehodna għall-Lukanda Lys De Marie (3 star superior) jew simili. Ċena, sistemazzjoni tal-kmamar u ħin għall-mistrieħ.

It-Tlieta | Wara l-kolazzjon nibdew il-mawra tagħna f’Lourdes bi żjara fil-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernadette Soubirous. Niċċelebraw l-Ewkaristija f’waħda mid-diversi knejjes/kappelli li jinsabu viċin il-Grotta. Ma’ tmiem il-Quddiesa, l-grupp jieħu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Baziliki. Inkomplu billi nżuru t-tliet Baziliki u wara ngħamlu l-mixja tal-Via Sagra fuq l-għolja de l’Espeluges.  Pranzu u wara optional excursion fil-Pyrenees National Park, li huwa riserva naturali protetta u hemmhekk inżuru Pont d’Espagne. Din hija eskursjoni mill-isbaħ fuq il-muntanji bl-opportunità li nitgħaxxqu b’xenarju sabiħ u kaskati meraviljużi. Ċena fil-lukanda u wara fid-9.00 p.m. nieħdu sehem bħala grupp, fil-Purcissjoni Aux Flambeaux li tibda mill-Grotta u tintemm fil-pjazza ta’ quddiem il-Bazilika tar-Ruzarju. F’din il-purċissjoni l-pellegrini jimxu wara l-istatwa tal-Madonna b’xemgha mixgħula f’idejhom u jingħad ir-ruzarju.

L-Erba | Kolazzjon u wara fid-9.30 a.m. nieħdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li ssir fil-Bazilika l-Kbira ta’ taħt l-art iddedikata lil San Piju X. Esperjenza unika u xeni mpressjonanti ta’ devozzjoni. Wara din ic-ċelebrazzjoni mmorru naraw DVD dwar il-Messaġġ ta’ Lourdes. Pranzu u wara optional excursion għal Gavarnie. Eskursjoni verament sabiħa li matulha naraw ħafna veduti meraviljuzi. Gavarnie huwa rahal qalb il-muntanji, 1357 metru ’l fuq mill-baħar. Nagħmlu waqfa fuq Pont du Napoleon u ngawdu veduta mill-aqwa u anke wieħed jista’ jixtri xi tifkira tal-post. Hekk kif naslu Gavarnie nistgħu naghmlu mixja qalb xenarju mill-isbaħ jew min irid jista’ anke jieħu rikba fuq xi ziemel.   Ċena fil-lukanda u wara ħin liberu.

Il-Ħamis | Kolazzjon u wara optional excursion ta’ jum għal Artouste (packed lunch). Dawra verament sabiħa bil-coach fuq il-muntanji Pyrenees. Din il-ħarga tilħaq l-aqwa tagħha meta permezz ta’ telecabine nitilgħu gholi ta’ 1920 metru minn fejn nirkbu petit train li permezz tagħha nduru qalb il-muntanji li jifirdu Franza u Spanja (telecabine u petit train ħlas extra) Wara nofsinhar immorru El Portalet, raħal zgħir fi Spanja fejn wieħed jista’ jgħamel ix-xiri tiegħu qabel nirritornaw l-lukanda. Wara ċ-ċena jkollna ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa.

Il-Ġimgħa | Kolazzjon, imbagħad immorru fil-banjijiet li qiegħdin viċin il-Grotta u hemm ngħamlu t-talb tagħna. L-ilma tal-banjijiet jitwassal minn nixxiegħa li qiegħda fil-Grotta, proprju ħalli titwetttaq l-istedina tal-Madonna biex wieħed jinzel fl-ilma, jirrikoncilja u jitlob għall-intenzjonijiet tiegħu. Inkomplu bil-programm billi nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Pranzu u wara ħin liberu, sakemm isir il-ħin li nitilqgħu mill-Lukanda ghall-ajruport. (Ħrug mill-kmamar fin-12:30 pm).  It-titjira titlaq minn Lourdes fit-8.15 pm tasal Malta fl-10.30 pm.

Prezz Kull Persuna

  • Kbar fi Triple – €559
  • Kbar fi Twin – €569
  • Kbar f’Single – €647
  • Tfal (2 sa 5 snin) ma’ żewg adulti – €455
  • Tfal (6 sa 10 snin) ma’ żewg adulti – €485

Nota: Is-City tax ta’ Lourdes (€1.30 kull lejl kull persuna – minn 18-il sena ’l fuq) mhux inkluża fil-prezz. Din it-taxxa titħallas direttament fil-Lukanda.

PREZZ JINKLUDI

  • Titjiriet diretti mal-Airmalta: Malta/Lourdes/Malta
  • Trasferimenti: ajruport/lukanda/ajruport
  • Akkomodazzjoni fil-Lukanda Lys de Marie (3 star superior) jew simili
  • Kmamar kollha bis-servizzi privati
  • Full Board (kolazzjon/pranzu/ċena)
  • Servizz ta’ Tour Leader
  • Servizz ta’ Direttur Spiritwali
  • It-taxxi tal-ajruporti u s-service charge
  • Insolvency Fund

Servizzi mhux inkluzi fil-package

  • Donazzjoni lis-Santwarju – €2 (kull persuna, kuljum)
  • Telecabine u petit train – €25 ghall-kbar / €21.50 għat-tfal – minn 4 snin il-fuq

Nota: Jista’ jkun hemm tibdil f’dawn il-prezzijiet.

Eskursjonijiet  (Tfal iħallsu nofs prezz)

  • Pont d’Espagne – €27
  • Gavarnie – €27
  • Artouste / El Portalet (telecabine / petit train extra) – €32

ASSIGURAZZJONI (5 ijiem) Atlas Insurance Standard Cover – Tinkludi l-Excess Waiver

  • Tfal sa 15 il-sena – €15
  • Adulti 16-69 sena – €23
  • Adulti 70-75 sena – €40
  • Adulti 76-80 sena – €45 (Budget Cover biss)

Nota: Ma’ kull booking irid jitħallas depozitu ta’ €250 u l-ħlas tal-assigurazzjoni

Għal aktar dettalji ċemplilna fil-ħin tal-uffiċċju bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa mit 8:00a.m. u 5.00p.m.

Ara il-Poster

Ara l-Itinerarju f’verżjoni PDF

Share

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.