U baqgħu mistagħġba u miblugħa!

U baqgħu mistagħġba u miblugħa!

Dan hu l-kliem tal-Atti tal-Appostli fil-kapitlu tlieta, vers għaxra meta jitkellem fuq l-imġiba tan-nies għall-miraklu li għamel San Pietru wara Pentekoste.

Dan hu l-kliem tiegħi u ta’ sħabi f’Radju Marija lbieraħ u llum għar-reazzjoni kbira li ħolqot din l-aħbar tal-ħatra tiegħi bħala Direttur ta’ dan l-istazzjon tal-Madonna. Reazzjoni li bdiet il-Ħadd minn Facebook ta’ mijiet li kkumentaw u eluf li segwew il-paġna tagħna, kif ukoll il-ħafna telefonati on air u fir-reception, kif ukoll il-messaġġi li daħlu waqt l-intervista li saritli mill-Head of Programmes.

Għalhekk ħassejt li kelli nikbteb b’mod personali biex nuri l-apprezzament tiegħi kemm għall-imħabba li qegħdin turuni imma fuq kollox l-imħabba lejn it-team li naħdmu flimkien hawn kuljum u fuq kollox lejn dawk il-voluntiera li jagħtu l-ħidma tagħhom kull ġimgħa jew kull xahar.

X’naqbad ngħidlikom iktar egħżież semmiegħa… BELLAHTUNI u BELLAHTUNA!

Imma fuq kollox grazzi għax dan juri wkoll l-imħabba kbira li għandkom lejn il-Mulej tagħna u lejn is-Sultana ta’ dan ir-Radju.

Il-Mulej iħariskom u jberikkom

Tagħkom fi Kristu u Ommu Marija

Fr Antoine Borg

Direttur

Share

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.