Blog


03
Sep 2018
Tħoss Magħkom

Matul dan ix-xahar ta’ Settembru, il-Knisja tiċċelebra żewġ festi; dik tal-14, il-festa ta’ Salib Imqaddes u l-għada tal-15, il-festa tad-Duluri, il-ġurnata liturġika ta’ Marija Addolorata. Dawn il-festi jfakkru meta r-relikwija tas-Salib Imqaddes reġgħet ingħatat lura lill-Insara u għalhekk kienu għamlu festi kbar hija u dieħla lura f’Ġerusalemm, u għalhekk din il-festa tissejjaħ tal-Eżaltazzjoni tas-Salib jew aħjar tal-Glorja. Dik tad-Duluri ntgħażlet li tkun f’din id-data mill-qaddis Papa San Piju X. Kellu raġun dan il-Papa li jagħżel din id-data għax tassew jixraq li wara l-unur li jingħata lis-Salib ta’ Kristu, nagħtu wkoll ġieħ lill-Verġni......

Read More


30
Jul 2018
Isimgħu Lilu!

Għeżież ħbieb, “Dan hu Ibni l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi… isimgħu lilu.” (Mt:17:6) Dan hu l-kliem li se nisimgħu meta jiġi moqri l-Vanġelu li jfakkar it-Trasfigurazzjoni tal-Mulej jew kif nafuha aħjar, is-Salvatur, nhar is-6 ta’ Awwissu. Minn dan nixtieq nieħu biss il-vers li fih Alla l-Missier isemma’ leħnu waqt li Ġesù jidher kollu dija fuq il-Muntarnja Tabor. “Dan hu Ibni l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi… isimgħu lilu.” (Mt:17:6) Nixtieq nieħdu biss il-kliem ‘Isimgħu lilu’, għax fil-kelma smigħ għandek l-imġiba veru tal-bniedem ta’ Alla. L-Iskrittura tispjegalna li għal kuntrarju ta’ dak......

Read More


26
Jun 2018
U baqgħu mistagħġba u miblugħa!

Dan hu l-kliem tal-Atti tal-Appostli fil-kapitlu tlieta, vers għaxra meta jitkellem fuq l-imġiba tan-nies għall-miraklu li għamel San Pietru wara Pentekoste. Dan hu l-kliem tiegħi u ta’ sħabi f’Radju Marija lbieraħ u llum għar-reazzjoni kbira li ħolqot din l-aħbar tal-ħatra tiegħi bħala Direttur ta’ dan l-istazzjon tal-Madonna. Reazzjoni li bdiet il-Ħadd minn Facebook ta’ mijiet li kkumentaw u eluf li segwew il-paġna tagħna, kif ukoll il-ħafna telefonati on air u fir-reception, kif ukoll il-messaġġi li daħlu waqt l-intervista li saritli mill-Head of Programmes. Għalhekk ħassejt li kelli nikbteb b’mod personali biex nuri......

Read More


23
Jun 2018
Ħatra ta' Direttur ta' Radju Marija

B’ferħ kbir Radju Marija jħabbar il-ħatra ta’ Dun Antoine Borg bħala Direttur ta’ Radju Marija Malta. Dun Antoine Borg ilu għal dawn l-aħħar snin jagħti sehemu f’Radju Marija bi programmi differenti u issa ġie fdat bir-responsabbiltà li jmexxi lil Radju Marija. Dun Antoine twieled il-Mosta nhar il-31 ta’ Marzu 1973 . Huwa ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja tal-Mosta fejn kompla bl-istudji tieghu fil-Kullegg St. Edward’s. Huwa ġie Ordnat Saċerdot fl-20 ta’ Ġunju 2003 userva diversi ħatriet fosthom viċi Arċipriet fil-Parroċċa ta’ Marija Assunta l-Mosta u Kappillan fil-lokalità tal-Imġarr. Fil-prezent Dun Antoine jokkupa......

Read More


23
Mar 2018
Pellegrinaġġ għal Medjugorje ma' Radju Marija - 15 sa 22 ta' Settembru 2018

Medjugorje – 15th to 22nd September 2018 Direct flights to Dubrovnik 4 Star Hotel Luna in Medjugorje VISITING Medjugorje, Sarajevo, Mostar, Tihaljina, Split and Dubrovnik Saturday | We will meet at 6.20pm for our Air Malta flight to Dubrovnik departing at 8.20pm. On arrival at 9.45pm, we will transfer to our 4 star Hotel Luna in Medjugorje (passports needed) and check into our rooms. Sunday | We start off our stay with a free day to discover Medjugorje, the world-famous pilgrimage site. It is said that the Blessed Virgin Mary has been......

Read More


23
Mar 2018
Pellegrinaġġ għal Lourdes ma’ Radju Marija - 20 sa 24 ta' Awwissu 2018

Pellegrinaġġ għal Lourdes ma’ Radju Marija Mill- 20 sa 24 ta’ Awwissu 2018  (4-ijiem sħaħ) Inżuru: Lourdes, Pont d’Espagne, Gavarnie, Artouste u El Portalet. It-Tnejn | Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fit-3.00 p.m. minn fejn b’titjira diretta mal-Air Malta, fil-5.00 p.m. nitilqu għal Lourdes. Fis-7.25 p.m. naslu Lourdes u nirkbu l-coach li tehodna għall-Lukanda Lys De Marie (3 star superior) jew simili. Ċena, sistemazzjoni tal-kmamar u ħin għall-mistrieħ. It-Tlieta | Wara l-kolazzjon nibdew il-mawra tagħna f’Lourdes bi żjara fil-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernadette Soubirous. Niċċelebraw l-Ewkaristija f’waħda mid-diversi knejjes/kappelli li......

Read More


Page 1 of 3512345...102030...Last »