Pellegrinaġġ għall-Art Imqaddsa

Medjugorje -fully booked

Lourdes – fully booked

 

 

Pelleggrinaġġ  għall-Art Imqaddsa… mal-Kireh u l-bileh

17 – 24 Novembru 2019

L-ewwel jum – 17 TA’ NOVEMBRU Mal-wasla fl-ajruport Ben Gurion kmieni filgħodu, fl-04.25 ikun hemm min jilqagħkom u jgħinkom biex tmorru fil-lukanda f’Zikron fejn ikun hemm ilbreakfast u ħin ta’ mistrieħ sal-11.00am ta’ filgħodu

It-tieni jum – 18 TA’ NOVEMBRU Fil-11.00 nitilqu lejn Nazzarett. Il-ġurnata tibda bi żjara fil-Bażilika tat-Tħabbira tal-Anġlu, (fejn tkun iċċelebrata quddiesa fil-grotta), inżuru l-Knisja tas-Sinagoga, il-knisja ta’ San Ġużepp u l-Bir ta’ Marija, il-post fejn l-Anġlu Gabrijel ħabbar lInkarnazzjoni. Wara mmorru Kana, il-post fejn Ġesù għamel l-ewwel miraklu tiegħu waqt it-tieġ u fejn intom ukoll tkunu tistgħu ġġeddu l-wegħdiet taż-żwieġ. Waranofsinhar immorru Ċesarea, waħda mill-isbaħ bliet antiki tad-dinja. Inżuru t-Teatru Ruman. Billejl irqad f’Nazzarett.

It-tielet jum – 19 ta’ NOVEMBRU Bid-dgħajsa nbaħħru fil-Baħar tal-Galileja u mmorru fil-Kibbutz Nof Ginosar fejn hemm il-fdalijiet ta’ dgħajsa tas-sajd ta’ żmien Kristu. Wara mmorru Kafarnahum, villaġġ fuq ix-xatt tal-għadira li spiss jissemma fit-Testment il-Ġdid, fejn hemm id-dar ta’ San Pietru u l-post minn fejn kien jipprietka Ġesù. Wara lejn Tabgha, is-sit tal-miraklu tat-tkattir tal-ħobż u l-ħut. Inżuru wkoll il-Knisja tal-Primat li fiha hemm blata kbira (Mensa Christi) li Ġesù kien juża biex jiekol flimkien mad-dixxipli tiegħu. Nitilgħu fuq l-Għolja tal-Beatitudnijiet, fejn Ġesù għamel id-Diskors tal-Muntanja, inżuru Yarendit, il-post sabiħ tal-Magħmudija fejn l-Għadira tisqi lix-Xmara Ġordan. Ċena u rqad f’Nazzarett.

Ir-raba’ jum – 20 TA’ NOVEMBRU Immorru fuq il-Muntanja Tabor, il-muntanja tat-Trasfigurazzjoni fejn ikun hemm quddiesa ċċelebrata fil-Katidral sabiħ tal-post. Bil-kowċ ngħaddu mill-Wied talĠordan biex naraw Bet She’an, ċentru militari u tan-negozju ta’ importanza kbira. Naraw it-Teatru Ruman fejn hemm art tal-mużajk ta’ ġmiel kbir u t-triq bil-kolonni tal-belt tad-Dekapoli li l-Griegi kienu semmewha Scythopolis. Nibqgħu sejrin lejn Ġeriko, meqjusa bħala l-eqdem belt abitata taddinja tal-Punent. Inżuru Qarantal, il-monasteru li jfakkar il-Muntanja tatTentazzjonijiet fejn Ġesù sam għal erbgħin jum qabel ma tela’ Ġerusalemm għall-aħħar darba. Dil-mixja tibdewha waħedkom mit-Triq l-Antika ta’ Ġeriko li
tulha hemm veduti mill-isbaħ ta’ Wadi Qelt u l-Monasteru ta’ San Ġorġ. Transfer lejn il-lukanda f’Betlemm għall-ikla u l-irqad.

Il-ħames jum – 21 TA’ NOVEMBRU Immorru Betlemm, fejn twieldu r-re David u Ġesù Kristu. Hemmhekk ikollna quddiesa fil-Knisja ta’ Santa Katarina. Inżuru l-grotta u l-maxtura, il-Kjostru talKruċjati u l-Grotta ta’ San Ġlormu. Naraw l-għerien fl-Għalqa tar-Rgħajja u lgħelieqi ta’ Boaz. Nibqgħu sejrin Għajn Karem, fejn twieled San Ġwann ilBattista u nżuru l-Knisja tal-Viżitazzjoni. Immorru naraw il-‘Belt Mudell’ li tagħti ħjiel dwar kif kienet tidher il-belt fi żmien Kristu. Inżuru l-Mużew Lhudi fejn naraw is-Santwarju tal-Ktieb li fih hemm il-Manuskritti oriġinali li kienu nsatbu fil-Baħar il-Mejjet. Intemmu l-ġurnata fuq il-muntanja Zion; inżuru ‘l-kamra ta’ fuq’, il-qabar tar-Re David, l-Għajn ta’ Silwam u d-dar ta’ Kajfa (San Pietru in Gallicantu). Transfer lejn il-lukanda f’Ġerusalem.

Is-sitt jum – 22 TA’ NOVEMBRU Nidħlu fil-Belt l-Antika mill-bieb ta’ San Stiefnu. Inżuru l-Knisja tal-kruċjati ta’ Sant’Anna, Betsajda (fejn Ġesù kien fejjaq wieħed magħtub), is-sala fejn Pilatu kkundanna lil Ġesù u l-kappella tal-Flaġellazzjoni (Lithostrotos). Naraw l-Ark talEcce Homo u nżuru l-kunvent tas-Sorijiet ta’ Zion. Nagħmlu l-Via Sagra tul il-Via Dolorosa sas-Sepulkru. Irqad f’Ġerusalemm.

Is-seba’ jum – 23 Ta’ NOVEMBRU Mid-Deżert tal-Ġudeja ninżlu sax-xtut tal-Baħar il-Mejjet, l-aktar post baxx taħt il-livell tal-baħar fid-dinja. Mat-triq inżuru l-Lukanda tas-Sammaritan it-Tajjeb. Nibqgħu mexjin max-xatt sa Massada, il-palazz/fortizza ta’ Erodi l-Kbir, palazz mibni f’nofs id-deżert. Bil-funikular nitilgħu nżuru l-fdalijiet arkeoloġiċi restawrati u jkun hemm ħin liberu biex wieħed ikun jista’ jagħmel esperjenza ta’ għawma fil-Baħar il-Mejjet. Inżuru Qumran, l-għerien fejn instabu l-Parċmini talBaħar il-Mejjet. Ikel u rqad f’Ġerusalemm.

It-tmien jum – 24 TA’ NOVEMBRU
Nitilqu lejn l-ajruport Ben Gurion. It-titjira lura titlaq fis-06.30.

LUKANDI

17 – 18 ta’ Novembru Eden Inn f’Zichron

18 – 20 ta’ Novembru Nof Tavor f’Nazaret

20 – 21 ta’ Novembru Nativity f’Betlem

21 – 24 ta’ Novembru Ein Karem f’ Ġerusalem

Prezz Kull Persuna
Kbar f’ kamra twin: €1450
Kbar f’ kamra single: €1820
Prezz jinkludi:

 7 ljieli f’lukandi ta’ 3 stilel ‘Half Board’

 Il-kowċ bl-arja kkundizzjonata għaż-żjarat kollha u gwida mill-wasla sat-tmiem tal-vjaġġ

 Il-ħlas tad-dħul kollu kif indikat aktar ‘il fuq

 Ġarr ta’ bagalji fil-lukandi

 Assistenza u ġarr ta’ bagalji fl-ajruport Ben Gurion mal-wasla

 Eskurzjonijiet kollha

 Tips inklużi

 Assigurazzjoni mas-Central Insurance inkluz sal-eta ta’ 69 sena

 Assigurazzjoni għal eta bejn 70 u 75 sena hemm żieda ta’ €26

MHUX INKLUŻI: L-IKLIET TA’ NOFSINHAR

Għal bookings għandek bżonn:
2 Photocopies tal-passaport
2 photocopies tal-ID card minn quddiem u wara
Depożitu ta’ 50% kull persuna u ma tistax tingħata lura (€725 twin sharing / €910 single)
Mobile number importanti għal meta nkun imsiefrin
Il-Kumplament tal-ħlas irrid issir fl-ewwel ġimgħa ta’ Settembru 2019
Ikun hemm laqgħa bl-informazzjoni meħtieġa

Ċemplu 21453105 nhar ta’ Erbgħa bejn is-2.00pm – 4.00pm jew nhar ta’ Ħamis bejn l-10am u s-2.00pm u staqsu għal Rita Mifsud.