Il-31 MLADIFEST ġewwa Medjugorje – Festival Internazjonali għaż-żgħażagħ bit-tema ‘Ejjew U Taraw’

Il-31 MLADIFEST ġewwa Medjugorje - Festival Internazjonali għaż-żgħażagħ bit-tema ‘Ejjew U Taraw’

Radju Marija Malta

Il-31 MLADIFEST ġewwa Medjugorje – Festival Internazjonali għaż-żgħażagħ bit-tema ‘Ejjew U Taraw’ (Ġw1, 39)

Mis-Sibt 1 ta’ Awwissu sas-Sibt 8 ta’ Awwissu 2020

Is-Sibt, 1 ta’ Awwissu, 2020 Niltaqgħu fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta fis-2:20 pm għat-titjira tagħna tal-Air Malta KM 7450 għal Dubrovnik li titlaq fl-4:20pm. Naslu Dubrovnik fis-5:40pm, u nibdew ilvjaġġ lejn Medjugorje li jieħu madwar 3 sigħat. Tqassim tal-kmamar u ċena.

Mill-Ħadd 2 ta’ Awwissu 2020 sal-Ħamis 6 ta’ Awwissu 2020 filgħodu, meta jagħlaq il-festival Insegwu l-programm uffiċċjali maħruġ mill-Paroċċa ta’ San Ġakbu fejn nattendu għat-talb li jsir, l-Ewkaristija, Katekeżi, Testimonjanzi, tlugħ fuq il-Għolja tad-Deheriet u l-Għolja tasSalib u l-kunċerti ta’ tifħir.

Il-Ħamis 6 ta’ Awwissu 2020 Wara nofsinhar immorru Siroki Brijeg u Tihaljina fejn niċċelebraw l-Ewkaristija flimkien.

Filgħaxija mmorru fil-Paroċċċa ta’ San Ġakbu għat-tberik tal-oġġetti u Adorazzjoni

Il-Ġimgħa 7 ta’ Awwissu 2020 Nibdew il-ġurnata bl-Ewkaristija ġewwa MOSTAR, belt storika u mħarsa bħala patrimonju kulturali dinji mill-UNESCO, wara nżuru Blagaj, Zitomistici (Monasteru Serb Ortodoss) u Procitelj, li huma fost l-isbaħ inħawi tal-Bożnja u Herżegovina

Filgħaxija nattendu għall-Adorazzjoni tas-Salib fil-Paroċċa ta’ San Ġakbu

Is-Sibt 8 ta’ Awwissu 2020 Nibdew bl-Ewkaristija ġewwa l-knisja dedikata lill-Ħniena Divina ġewwa r-raħal kwiet ta’ SURMANCI, fejn insibu l-ikona mirakoluża tal-Ħniena Divina u relikwa ta’ Santa Fawstina Kowalska. F’nofsinhar nitilqu għall-ajruport biex naqbdu t-titjira lura lejn Malta KM 7451 li titlaq minn Dubrovnik fis-6:30pm b’wasla f’Malta fit-7:55pm.

Prezz kull ras:-

Persuna adulta f’kamra għaliha: €674

Persuna adulta f’kamra doppja / tripla: €590

Il-prezz jinkludi dan li ġej:

  • Titjiriet diretti lejn u minn Dubrovnik
  • 7 iljieli akkomodazzjoni fil-Pension “Tunin” f’ Medjugorje
  • Kmamar b’faċilitajiet private
  • Kolazzjon buffet kif ukoll ċena jew pranzu kuljum f’Medjugorje
  • Kull mawra, magħduda t-trasport
  • Gwida tal-lokal Servizzi ta’ tour-leader u tad-Direttur Spiritwali
  • Transfers tal-ajruport
  • Taxxi tal-ajruport u taxxa tas-servizz
  • Assikurazzjoni taħt l-Insolvency Fund

Il-programm tal-31 Mladifest 2020, il-ħinijiet u d-destinazzjonijiet jistgħu jinbidlu skond il-ħtieġa u t-temp.

L-Assikurazzjoni tal-Ivjaġġar – Standard Cover Prezz – € 35

Din tkun tista’ ssir bħala grupp jekk jitħajru biżżejjed persuni

IMPORTANTI

Għandek bżonn PASSAPORT validu biex taqsam mill-fruntiera bejn il-Kroazja u l-Bożnja Herżegovina

Trid tagħmel żewġ (2) kopji tal-passaport bid-dettalji kollha

Żewġ (2) kopji tal-Karta tal-Identita’

WARA LI JITĦALLAS ID-DEPOSITU TA’ 50%

Kopja tal-Assikurazzjoni tal-Ivjaġġar (jekk mhux ma’ RM). Jekk l-Assikurazzjoni tal-Ivjaġġar tkun inkluża f’credit card ikollna bżonn nota iffirmata minnek li turi dan. Kopja tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa Ewropeja

Wara l-31 Mladifest 2020 inżuru:

  • Mostar – Belt storika fil-Bożnja u mħarsa bħala patrimonju kulturali dinji mill-UNESCO. Insibu l-moskeja, il-famuż pont il-qadim u bosta ħwienet ta’ artiġġanat interessanti.
  • Tihaljina – Il-post fejn bdiet il-kariżma ta’ Radju Marija u li minn hemm xtared mad-dnja kollha. Insibu x-xbiha tal-Madonna li hija assoċjata ma’ Radju Marija.
  • Siroki Brijeg – Hawnhekk inżuru l-monasteru Franġiskan u l-knisja dedikata lit-Tlugħ fis-sema ta’ Ommna Marija. Dan huwa l-post fejn 30 patri franġiskan ġarrbu l-martirju fis-7 ta’ Frar, 1945.
  • Surmanci – Hawnhekk insibu l-knisja dedikata lill-Ħniena Divina, fejn hemm l-ikona mirakoluża tal-Ħniena Divina u relikwa ta’ Santa Fawstina Kowalska.
  • Blagaj B’xenarju mill-isbaħ fejn in-natura u l-istorja jingħaqdu flimkien f’atmosfera unika fuq ix-xmara Buna. F’dan il-post instabu fdalijiet preistoriċi mill-perjodu Illirian, Ruman u Bizantin. F’dik il-paċi hemm ukoll id-Dervish House
  • Zitomistici Monasteru Serb Ortodoss Kristjan ddedikat lil-Lunzjata
  • Procitelj Huwa raħal li jitqies bħala mużew fl-apert, minħabba li huwa mdawwar b’xenarji mill-isbaħ
Share

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.