Esperjenza Spiritwali ma’ Radju Malta Malta ġewwa Medjugorje u madwar

Mit-Tnejn 23 t’Awwissu sat-Tnejn 30 t’Awwissu 2027

Titjiriet diretti għal u minn Zagreb, Kroazja bir-Ryanair.

Akkomodazzjoni:

  • Lukanda Luna Medjugorje Half Board 23-28 Awwissu
  • Lukanda Amare Zadar Half Board 28-30 Awwissu

It-Tnejn, 23 t’Awwissu, 2027, niltaqgħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta – Titjira fil-għodu

Mal-wasla ġewwa Zagreb nibdew il-vjaġġ lejn Medjugorje b’waqfa għall-ikel.

F’Medjugorje isir it-tqassim tal-kmamar u ċ-ċena.

Matul iż-żjara tagħna nsiru midħla ta’ MEDJUGORJE, ir-raħal fejn jingħad li l-Madonna ilha tidher lil sitt viżjonarji sa mill-1981.

Matul iż-żjara tagħna l-Ewkaristija tkun iċċelebrata kuljum. Nattendu kuljum ukoll b’mod speċjali għall-attivitajiet skont il-programm tas-sajf tal-Parroċċa ta’ San Ġakbu.

Prezz:

  • Persuna adulta f’kamra doppja/għal tnejn/tripla € 1226
  • Persuna adulta f’kamra b’sodda waħda € 1436

Mal-booking:

  • Pagament kollu tal-Pellegrinaġġ

Flimkien ma’:

  • Passaport validu u fotokopja tal-passaport
  • Fotokopja tal-Karta tal-Identita’ (minn quddiem u wara)
  • Dettalji tal-eqreb qarib/a tiegħek f’kaz t’emergenza –
  • Isem u Kunjom, Numru tat-telefon u x’jiġi minnek
  • Assikurazzjoni tas-Saħħa Ewropeja
  • Assikurazzjoni tal-Ivjaġġar (TRID ISSIR MINNEK MALLI TIBBUKKJA)

IMPORTANTI LI TGĦIDILNA:

  • Jekk isoffrix minn xi kundizzjoni medika
  • Xi tip t’alleġija/i minħabba l-ikel

Il-Pelleginaġġ jinkludi dan li ġej:

  • Titjiriet diretti lejn u minn Zagreb
  • 6 iljieli akkomodazzjoni fil-Lukanda Luna f’Medjugorje mill- 23 t’ Awwissu sas-28 t’Awwissu – Kolazzjon u Ċena kuljum
  • 2 iljieli fil-Lukanda Amare f’Zadar, mit-28 sat-30 t’Awwissu – Pranzu u Kolazzjon
  • Pranzu matul il-vjaġġ meta nkunu fi triqtna għal Medjugorje
  • Ċena Mostar
  • Pranzu Zadar
  • Kmamar b’faċilitajiet privati
  • Kull trasport mal-grupp
  • Kull ġita inkluża mal-grupp
  • Gwidi tal-lokal
  • Servizz tat-Tour-Leader u tad-Direttur Spiritwali
  • Trasferimenti tal-ajruport
  • Taxxi tal-ajruport
  • Taxxa tal-lukandi
  • Assikurazzjoni taħt l-Insolvency Fund

Bagalji:

  • Basket żgħir 40 x 30 x 20 – li fuq l-ajruplan joqgħod taħt is-seat
  • Bagalja kbira 80 x 120 x 120 – 20 kg

Ser inżuru dawn il-postijiet:

  • Tihaljina, fejn bdiet il-kariżma ta’ Radju Marija
  • Għolja tad-Dehriet
  • Muntanja tas-Salib
  • Il-Kommunita’ Ċenakolo tal-Irġiel u tan-nisa
  • Oasis of Peace
  • Siroki Brijeg fejn 30 Patri Franġiskan ġarrbu l-martirju fis-7 ta’ Frar 1945
  • Surmanci, fejn insibu l-ikona mirakoluża tal-Ħniena Divina u relikwa ta’ Santa Fawstina Kowalska.
  • Mostar
  • Zadar fil-Kroazja
  • Katidral ta’ Sant’Anastasia
  • Knisja ta’ San Xmun f’Zadar fejn hemm sarkofagu tiegħu. Xmun li ħa lil Ġesu’ f’dirajh meta Ommna
  • Marija u San Ġużepp marru jippreżentah fit-tempju. San Xmun huwa l-Patrun ta’ Zadar

Matul il-ġranet li nkunu Medjugorje jkun hemm hin liberu.

Il-ġranet u l-ħinijiet taż-żjajjar tal-postijiet imsemmija jingħataw minn ġurnata qabel waqt li nkunu Medjugorje.

Il-ħinijiet u d-destinazzjonijiet jistgħu jinbidlu skont il-ħtieġa u t-temp.

Żomm dan il-pelleggrinaġġ fit-talb tiegħek ta’ kuljum.

Share This On