Aġġornament tas-sistema tal-IT

Beda x-xogħol ta’ aġġornament tas-sistema tan-netwerk tal-IT fl-istudjos ta’ Radju Marija. Diġà tlesta l-ewwel studjo. L-istudjos l-oħra se jsiru fil-ġimghat li ġejjin. Dan huwa xogħol importanti li jrid isir biex in-netwerk tkompli tissaħħaħ u s-servizz li noffri jkun ta’ kwalità għolja. Is-sistema tal-IT jeħtieġ li tinżamm aġġornata għaliex it-teknoloġija tinbidel il-ħin kollu u jeħtieġ inżommu pass pass ma’ dan it-tibdil. Tifhmu wkoll li dan kollu  jinvolvi spejjeż kbar imma kif ngħidu dejjem il-Kelma t’Alla jeħtieġ li tixxandar bl-aħjar mod.

Share This On