Il-Qalb Tiegħi Tirbaħ: Ktieb tant mistenni li issa ġie maqlub għall-Malti

Il-Qalb Tiegħi Tirbaħ: Il-ġrajja tad-dehriet ta’ Medjugorje mill-għajnejn ta’ Mirjana – il-veġġenti li ngħatat l-ewwel l-għaxar sigrieti

Ktieb tant mistenni li issa ġie maqlub għall-Malti minn Anthony Quintano, Joe Huber u Denis Dalli.

Mirjana Soldo kien għad kellha biss sittax-il sena meta hi u ħames żgħażagħ oħra raw mara misterjuża fuq għolja qrib ir-raħal ta’ Medjugorje, fl-eks Jugoslavja.

Il-mara – li kellha sbuħija u grazzja straordinarji – identifikat lilha nnifisha bħala l-Verġni Marija. Il-ġrajjiet li bdew iseħħu minn dak il-jum fis-sajf tal-1981 biddlu b’mod drammatiku l-ħajja ta’ Mirjana u ġabulha tbatija kbira minn idejn l-awtoritajieti komunisti.

Wara aktar minn 35 sena ta’ dehriet, in-nies għadhom imorru bi ħġarhom lejn Medjugorje biex ifittxu tweġibiet għall-mistoqsijiet il-kbar tal-ħajja. Hemm ħafna rakkonti ta’ mirakli u skont Mirjana fadal ħafna aktar – il-Verġni afdatha b’għaxar sigrieti profetiċi dwar il-futur tad-dinja.

F’din l-awtobijografija tagħha, Il-Qalb Tiegħi Tirbaħ, Mirjana tirrakkonta l-ġrajja ta’ Medjugorje mill-għajnejn tagħha – l-istess għajnejn li jħarsu lejn l-aktar mara meqjuma fl-istorja.

Il-ktieb Il-Qalb Tiegħi Tirbaħ se jinbiegħ għall-prezz ta’ € 20.00 iżda dawk li jordnawh sal-Ħadd 8 ta’ Novembru se jeħduh bi prezz speċjali ta’ €18.00.

Jekk tixtieq tordna kopja jekk jogħġbok ibgħat ċekk jew money order pagabbli lil Radju Marija u niżżel ismek, l-indirizz u numru tat-telefon. Ordnijiet jistgħu jsir wkoll permezz tal-BOV mobile.

Il-ktieb Il-Qalb Tiegħi Tirbaħ huwa pubblikazzjoni esklussiva ta’ Radju Marija.

 

Share This On