Lulju- Kappella tal-Madonna tal-Fidwa tal-Ilsiera

Il-Kappella li hija abbinata max-xahar ta’ Lulju fil-Kalendarju ta’ din is-sena ta’ Radju Marija, hija dik iddedikata lill-Madonna tal-Fidwa tal-Ilsiera.

Dan it-tagħrif huwa meħud mill-ħarġa speċjali SELMUNFEST tal-1991.

Meta wieħed jitkellem dwar Selmun mill-ewwel jiġih f’moħħu kumpless sħiħ ta’ sbuħija naturali li jiġbor fih għoljiet, widien, baħar u gżejjer ta’ blat mogħxa u fuq kollox il-Palazz majestuż Ii jiddomina l-għolja kollha.

Fuq in-naħa tax-xellug tal-bieb tal-Palazz ta’ Selmun, hemm il-bieb ta’ kamra li sa ftit ilu kienet il-Kappella tal-istess Palazz.

Din il-Kappella sa minn dejjem kienet isservi lin-nies ta’ Selmun fil-ħtiġijiet spiritwali tagħhom, minbarra li kienet taqdi lis-sidien tal-Palazz.

Insibu rreġistrat fl-Ufficcju tal-Monti tar-Redenzjoni u tal-Pjetà, fl-atti tan-Nutar Francesco Mamo, tat-13 t’Ottubru 1792, illi fil-Kappella ddedikata lill-Madonna tal-Ħniena, annessa mal-Palazz, ġiet imwaqqfa fundazzjoni perpetwa ta’ Quddiesa kull nhar ta’ Ħadd u fil-ġranet tal-obbligu tal-quddies, għal ruħ in-Nobbli Katerina Vitale.

Il-kwadru titulari tal-Kappella juri lil din is-Sinjura titlob f’riġlejn il-Madonna u toffri ġidha għall-Fidwa tal-Ilsiera.

Jingħad li Katerina għamlet dan wara Ii romlot minn żewġha Ettore. Katerina Vitale kienet minn tal-ewwel u l-ikbar benefattriċi ta’ din l-opra tal-ħniena li wara ħadet isimha bħala Monte di Pietà.

L-iskjavi wkoll kienu f’moħħ il-Kappuċċini. Fl-1607 waqt Ii kien qed jipprietka f’San Ġwann, Fra Giovanni Ma, minn Noto fi Sqallija, issuġġerixxa Ii jitwaqqaf ‘Il Monte di Redenzione degli Schiavi’, biex biI-flus Ii jinġabru jinfdew l-iskjavi Maltin minn idejn il-furbani.

Mat-tmiem ta’ din il-prietka, numru ta’ nies Ii kienu jisimgħu, daħlu fis-sagristija u offrew lil Fra Giovanni Ma għotjiet ta’ flus. Kienu tqanqlu b’dak kollu Ii kienu semgħu.

Iżda għalkemm inġabru xi flus, dawn ma kinux wisq u kellha tagħmel tajjeb għal din il-missjoni Katerina Vitale, li għoddha kitbet ġidha kollu għal dan il-fond, Ii bl-għotja ġeneruża tagħha dan il-Monte ħa r-ruħ.

Għall-bosta snin is-Superjur tal-Kunvent tal-Furjana kien ikun membru tal-Kummissjoni Ii tieħu ħsieb tiġbor u tqassam il-flus.

Patri Ercolano minn Paluzzi, Patri Karlu u Patri Pawl, it-tnejn Maltin, kienu jgħallmu I-katekizmu Iil dawk I-iskjavi barranin Ii kienu jħaddnu t-Twemmin Nisrani. Fil-fatt Patri Karlu kien miet vittma ta’ din il-ħidma. Wara izjed minn 195 sena, il-Kappella I-antika tal-Palazz ma baqgħetx isservi izjed bħala post ta’ talb billi madwarha, inbniet lukanda.

Bi ftehim mal-Gvern ta’ dak iż-żmien, dan ta bicca art oħra lill-Knisja, flimkien ma’ somma flus biex tinbena Kappella ġdida fl-inħawi.

Fl-aħħar tax-xahar ta’ Lulju 1979, il-kappella l-antika ġiet imbattla għal kollox u, sakemm telgħet il-kappella I-ġdida, l-funzjonijiet reliġjuzi bdew isiru f’żewġt ikmamar fid-Dar tas-Sorijiet, Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, fil-Mellieħa.

Il-Kappella l-ġdida nbniet fuq disinn u pjanta tal-Perit Carm Lino Spiteri.

Ħa ħsieb il-bini tagħha r-Rettur ta’ dak iż-żmien, Dun Karm Portelli, mill-Marsa, li kien I-aħħar wieħed minn sensiela ta’ qassisin oħrajn Ii minn żmien għal żmien ħadu ħsieb il-Kappella l-antika.

F’Lulju 1982, Dun Karm ħalla x-xogħol mibdi, u komplih Patri Serafin Debattista, Kappuċċin.

Fid-19 ta’ Diċembru tal-1982, il-Kappella l-Ġdida nfetħet għall-qima tal-fidili u tbierket għall-qadi ta’ kulħadd, l-aktar għan-nies ta’ Selmun Ii tant iħobbuha, kif ukoll ta’ bosta oħrajn Ii jitilgħu lejn dawn in-naħat għall-vaganzi tas-sajf.

Il-kwadru sabiħ tal-Kappella l-antika, Ii juri Iil Sidtna Marija tal-Fidwa tal-Ilsiera, xogħol mill-aqwa tal-pittur magħruf Antoine Favray (1779),  jiddomina l-artal tal-Kappella l-ġdida.

 

Dan kien tagħrif  fuq Il-Kappella tal-Madonna tal-Fidwa ta’ l-Ilsiera meħud mill-ħarġa speċjali SELMUNFEST tal-1991, u Ii kien deher ukoll fil-Ktejjeb maħruġ apposta fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Kappella tal-Madonna tal-Fidwa ta’ l-Ilsiera, Selmun nhar id-19 ta’ Diċembru 1982.

Inroddu ħajr lill-awtur ta’ dan it-tagħrif.

Share This On