Voltage Stabilizer ġdid installat f’Radju Marija

Għadu kif ġie installat Voltage Stabilizer fil-binja ta’ Radju Marija Malta. B’dan l-apparat se nkunu qed insolvu problema oħra li kellna fil-provvista tal-elettriku fiż-żona tagħna li hija instabbli u għalhekk ikollna l-qtugħ tad-dawl. Il-ġeneratur kien jaħdem għal ħin sostanzjali tant li konna qed nonfqu mal-€50 diesel fil-ġimgħa. Grazzi minn qalbna tal-ġenerożità tagħkom. Intom dejjem fit-talb tagħna.

Share This On