Author: WebAdmin

Lulju- Kappella tal-Madonna tal-Fidwa tal-Ilsiera

Il-Kappella li hija abbinata max-xahar ta’ Lulju fil-Kalendarju ta’ din is-sena ta’ Radju Marija, hija dik iddedikata lill-Madonna tal-Fidwa tal-Ilsiera. Dan it-tagħrif huwa meħud mill-ħarġa speċjali SELMUNFEST tal-1991. Meta wieħed jitkellem dwar Selmun mill-ewwel jiġih f’moħħu kumpless sħiħ ta’ sbuħija naturali li jiġbor fih għoljiet, widien, baħar u gżejjer ta’ blat mogħxa u fuq kollox […]

Aqra iktar

Ġunju – Il-Knisja tal-Kunċizzjoni f’Wied Qannota – San Pawl il-Baħar

Imperċa fuq il-wied, f’ħemda u kalma li tinkiser biss bil-ħsejjes ta’ xi mutur tal-ħart jew inġenji oħra tar-raba’, tinsab knisja żgħira dedikata lil-Kunċizzjoni. Din il-knisja kienet ikkummisjonata min-Nobbli Garzia Monpalao fil-bidu tas-seklu sittax. Fil-bidu din kienet dedikata lit-Twelid tal-Madonna. Iżda wara li nbniet mill-ġdid, għax kienet mitluqa, b’digriet tat-30 ta’ Ġunju 1717, l-Isqof Cannaves ordna […]

Aqra iktar

Mejju – Il-Knisja tal-Madonna tal-Virtù – ir-Rabat

Imperċa fuq għolja fil-Lvant tar-Rabat, din il-knisja, li minn dejjem kienet dedikata lill-Madonna tal-Virtù, tgawdi veduta mill-isbaħ tal-paesaġġ Malti. Il-knisja tagħmel parti mill-mensa vescovile, iżda tagħmel parti mill-parroċċa tar-Rabat. Sfortunatament hija mibnija fuq art li meta titgħeżżeż, il-knisja dejjem iss-sofri xi ħsarat. Il-knisja inbniet fuq kripta fl-1438, fuq art imsejħa Ta’ Formaġġ, propjeta ta’ Antonio […]

Aqra iktar

Il-Mariathon 2021

Il-Mariathon 2021 – Is-semmiegħa ta’ Radju Marija Malta joffru €41,000 għall-bżonnijiet ta’ Radju Marija Portugall u Radju Marija fis-Sudan t’Isfel Bejn l-Erbgħa 12 u l-Ġimgħa 14 ta’ Mejju Radju Marija Malta ngħaqad mal-kumplament tal-Familja Dinjija ta’ Radju Marija għall-Mariathon annwali fejn is-semmiegħa kollha ta’ Radju Marija madwar id-dinja joffru donazzjonijiet biex ir-radju jkompli jixtered f’aktar […]

Aqra iktar

April – Il-Kappella tal-Lunzjata, is-Siġġiewi

Niskopru l-kalendarju ta’ Radju Marija għall-2021 Bħal kull sena Radju Marija ppubblika l-kalendarju tiegħu u għall-2021 kull xahar huwa mżejjen b’ritratt sabiħ ta’ 12-il kappella mill-ħafna li għandna fl-ibliet u  fl-irħula tagħna. Din l-informazzjoni tassew interessanti nġabret mis-Sur Louis Fenech. April – Il-Kappella tal-Lunzjata, is-Siġġiewi Il-Kappella tat-Tħabbira tal-Anġlu Gabrijel lill-Madonna tinsab fil-kampanja tas-Siġġiewi fuq is-Salib […]

Aqra iktar

Kompetizzjoni tat-tpinġija għat-tfal

Radju Marija qed jistieden lit-tfal kollha jieħdu sehem f’kompetizzjoni tat-tpinġija, għall-okkażjoni tas-Sena Ġużeppina. F’dan iż-żmien li qegħdin id-dar, nistgħu npinġu xena marbuta ma’ dan il-Qaddis kbir u nagħtuha rigal lil San Ġużepp. Mat-tpinġija, iktbu isimkom u l-età, l-indirizz u n-numru tat-telefon, u agħtu titlu lit-tpinġija. Għandkom żmien sat-23 t’April! Ibagħtuha f’dan l-indirizz: Radju Marija, 40 […]

Aqra iktar