Author: WebAdmin

11 ta’ Diċembru – Jum ta’ Sawm

Il-Familja Dinjija ta’ Radju Marija għal darb’oħra qed tistedinna ngħixu nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru bħala jum ta’ grazzji speċjali! Aħna mħeġġin biex nhar il-Ġimgħa nosservaw jum ta’ sawm b’ħobż u ilma jew sawm ieħor. Barra minn hekk xieraq li ngħixu dan il-jum b’mod sħiħ bi tjubija, ħniena u maħfra. Imħeġġin ukoll inqaddsu dan il-jum […]

Aqra iktar

L-abort qatt ma jista’ jsolvi problema.

Xhieda li mara Maltija tat lil Fr Antoine Borg. Ħajja mimlija konfużjoni u gideb. Meta saret taf li kienet tqila, ħassitha pparalizzata bil-biża’ u l-ansjetà, f’paniku u ma setgħetx tirraġuna sew. “Ħabiba” ħaditha Londra biex tagħmel abort. Snin wara indunat li reġgħet kienet qed tistenna tarbija mhux ippjanata u għal darb’oħra siefret biex toqtol lit-tarbija […]

Aqra iktar

Abort; u mhux wieħed

L-abort iweġġa’ lin-nisa. Minkejja li d-dinja tipprova tbella’ l-gideb li l-abort jeħles lin-nisa, l-abort jagħmel eżatt bil-kontra. L-uġigħ tal-abort jibqa’ mal-mara għal snin twal u jeqirdilha ħajjitha; mentalment, fiżikament u emozzjonalment. Hawnhekk tista’ tisma’ mara tassew kuraġġuża li resqet lejn Radju Marija biex taqsam l-istorja tagħha ta’ żewġ aborti bit-tama li ssalva ż-żwieġ, iżda xorta […]

Aqra iktar

Maratona ġbir ta’ fondi għal Radju Marija

Radju Marija għadu kif temm jumejn speċjali ta’ xandiriet fl-okkażjoni tal-Maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’risq ir-Radju bis-somma sabiħa ta’ €32,886.32 sat-8pm tal-Ħadd 8 ta’ Novembru. Dawn kienu jumejn fejn mit-8am sas-6pm id-Direttur ta’ Radju Marija Fr Antoine Borg żamm kuntatt kontinwu mas-semmiegħa filwaqt li appella għall-ġenerożità tas-semmiegħa. Ir-reception area kienet miftuħa għas-semmiegħa li waslu […]

Aqra iktar

Maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’risq Radju Marija bejn is-7 u t-8 ta’ Novembru

Nhar is-Sibt 7 u l-Ħadd 8 ta’ Novembru Radju Marija se jorganizza maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’risq ir-Radju. L-ispejjeż biex jitħaddem radju huma kbar ħafna u Radju Marija jiddependi kompletament fuq il-ġenerożità tas-semmiegħa. Għalhekk nhar is-Sibt u l-Ħadd ingħaqdu ma’ Fr Antoine għal xandiriet speċjali mit-8:00am sas-6:00pm fejn se jagħmel kollegamenti bit-telefon ma’ ħafna […]

Aqra iktar

Il-Qalb Tiegħi Tirbaħ: Ktieb tant mistenni li issa ġie maqlub għall-Malti

Il-Qalb Tiegħi Tirbaħ: Il-ġrajja tad-dehriet ta’ Medjugorje mill-għajnejn ta’ Mirjana – il-veġġenti li ngħatat l-ewwel l-għaxar sigrieti Ktieb tant mistenni li issa ġie maqlub għall-Malti minn Anthony Quintano, Joe Huber u Denis Dalli. Mirjana Soldo kien għad kellha biss sittax-il sena meta hi u ħames żgħażagħ oħra raw mara misterjuża fuq għolja qrib ir-raħal ta’ […]

Aqra iktar