Category: Aħbarijiet
Aħbarijiet
Aħbarijiet
Agħfas hawn biex taċċessa l-iskeda ta’ programmi ta’ Radju Marija minn Jannar sa Marzu 2021
Il-Familja Dinjija ta’ Radju Marija għal darb’oħra qed tistedinna ngħixu nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru bħala jum ta’ grazzji speċjali! Aħna mħeġġin biex nhar il-Ġimgħa nosservaw jum ta’ sawm b’ħobż u ilma jew sawm ieħor. Barra minn hekk xieraq li ngħixu dan il-jum b’mod sħiħ bi tjubija, ħniena u maħfra. Imħeġġin ukoll inqaddsu dan il-jum […]
Kalendarji, kartolini tal-Milied u l-ktieb Il-Qalb tiegħi Tirbaħ għall-bejgħ mir-reception jew bil-posta billi timla l-formola. Radju Marija Ktieb, Kalendarju, Kartolini Malta
Pass ieħor ‘il quddiem f’Radju Marija. Illum beda x-xogħol ta’ tqegħid tac-ċinturini kontra s-sajjetti mal-binja kollha. Grazzi lilkom għeżież benefatturi għaliex huwa bil-ġenerożità tagħkom li dan sar possibbli.
Radju Marija għadu kif temm jumejn speċjali ta’ xandiriet fl-okkażjoni tal-Maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’risq ir-Radju bis-somma sabiħa ta’ €32,886.32 sat-8pm tal-Ħadd 8 ta’ Novembru. Dawn kienu jumejn fejn mit-8am sas-6pm id-Direttur ta’ Radju Marija Fr Antoine Borg żamm kuntatt kontinwu mas-semmiegħa filwaqt li appella għall-ġenerożità tas-semmiegħa. Ir-reception area kienet miftuħa għas-semmiegħa li waslu […]
Nhar is-Sibt 7 u l-Ħadd 8 ta’ Novembru Radju Marija se jorganizza maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’risq ir-Radju. L-ispejjeż biex jitħaddem radju huma kbar ħafna u Radju Marija jiddependi kompletament fuq il-ġenerożità tas-semmiegħa. Għalhekk nhar is-Sibt u l-Ħadd ingħaqdu ma’ Fr Antoine għal xandiriet speċjali mit-8:00am sas-6:00pm fejn se jagħmel kollegamenti bit-telefon ma’ ħafna […]
Il-Qalb Tiegħi Tirbaħ: Il-ġrajja tad-dehriet ta’ Medjugorje mill-għajnejn ta’ Mirjana – il-veġġenti li ngħatat l-ewwel l-għaxar sigrieti Ktieb tant mistenni li issa ġie maqlub għall-Malti minn Anthony Quintano, Joe Huber u Denis Dalli. Mirjana Soldo kien għad kellha biss sittax-il sena meta hi u ħames żgħażagħ oħra raw mara misterjuża fuq għolja qrib ir-raħal ta’ […]
Nhar il-Ġimgħa 23 t’Ottubru Fr Antoine Borg, Direttur ta’ Radju Marija, kellu laqgħa mal-Isqof Anton Theuma f’Għawdex biex jifraħlu għall-ħatra tiegħu bħala Isqof tad-Djoċesi t’Għawdex. Huma tkellmu wkoll dwar kif tista’ tkompli tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn Radju Marija u d-Djoċesi t’Għawdex.
Tnejn mit-tekniċi tagħna, Saviour Chircop u Emilio Farrugia, qed jaħdmu biex tinstab opzjoni ġdida għat-trażmissjoni f’Għawdex minħabba li l-post minn fejn konna nitrażmettu qabel m’għadux disponibbli.