Radju Marija jżur il-parroċċi fosthom dawk dedikati lil San Ġużepp

Radju Marija reġa’ beda ż-żjarat fil-parroċċi ta’ kull xahar u s-Sibt 13 ta’ Frar, Fr Antoine Borg, id-Direttur tar-Radju ċċelebra quddiesa fil-Parroċċa ta’ San Ġużepp fl-Imsida.

Fix-xhur li ġejjin, Radju Marija se jkun qed iżur parroċċi ddedikati lil San Ġużepp f’din is-sena li l-Papa Franġisku ddikjaraha s-Sena ta’ San Ġużepp. F’kull quddiesa Fr Antoine se jkun qed jikkonsagra lil Radju Marija u lis-semmiegħa lil San Ġużepp biex iħarisna u jmexxina, hekk kif kien għamel ma’ Marija u Ġesù.

Share This On