Abort; u mhux wieħed

L-abort iweġġa’ lin-nisa. Minkejja li d-dinja tipprova tbella’ l-gideb li l-abort jeħles lin-nisa, l-abort jagħmel eżatt bil-kontra.

L-uġigħ tal-abort jibqa’ mal-mara għal snin twal u jeqirdilha ħajjitha; mentalment, fiżikament u emozzjonalment.

Hawnhekk tista’ tisma’ mara tassew kuraġġuża li resqet lejn Radju Marija biex taqsam l-istorja tagħha ta’ żewġ aborti bit-tama li ssalva ż-żwieġ, iżda xorta dan ma seħħx anzi kellu effett oppost.

Sal-ġurnata tal-lum hija għadha tħoss sogħba għall-ulied li tilfet fl-abort. Hija tgħid li s-Sagrament tal-Qrar għena timxi ‘l quddiem bl-għarfien li Alla l-Missier ħafrilha.

Hija tixtieq ħafna taqsam ma’ nisa oħra l-fatt li hemm soluzzjonijiet oħra. L-abort iġib biss uġigħ u qerda għall-mara.

Jekk inti għaddejja minn tqala diffiċli, dijanjożi negattiva jew qed tipprova ssib fejqan wara abort jekk jogħġbok ikkuntattja lil Life Line Malta https://www.lifelinemalta.eu/ / 2033 0023

Share This On