L-abort qatt ma jista’ jsolvi problema.

Xhieda li mara Maltija tat lil Fr Antoine Borg.

Ħajja mimlija konfużjoni u gideb. Meta saret taf li kienet tqila, ħassitha pparalizzata bil-biża’ u l-ansjetà, f’paniku u ma setgħetx tirraġuna sew. “Ħabiba” ħaditha Londra biex tagħmel abort. Snin wara indunat li reġgħet kienet qed tistenna tarbija mhux ippjanata u għal darb’oħra siefret biex toqtol lit-tarbija tagħha.

Fl-2005 hija ltaqgħet max-xbieha tal-Ħniena Divina li biddlet ħajjitha għal dejjem.

Hija sabet il-maħfra, il-fejqan u l-paċi f’qalbha.

Hija tixtieq taqsam il-ġrajja tagħha ma’ nisa oħra bit-tama li twasslilhom il-verità li qatt m’hemm ħtieġa ta’ abort, l-abort ma jgħinx lin-nisa iżda jweġġagħhom.

Share This On