SEZZJONI 1 – X’NAGĦMLU BL-INFORMAZZJONI TIEGĦEK?

Aħna ta’ Radju Marija nieħdu l-privatezza tiegħek b’serjetà u nużaw biss l-informazzjoni personali tiegħek biex namministraw il-kont tiegħek u biex nipprovdu prodotti u servizzi li inti titlob minna.

Meta żżur il-websajt tagħna, aħna nistgħu niġbru l-informazzjoni personali li tagħtina bħall-isem, l-indirizz u l-indirizz elettroniku meta tuża l-formoli preżenti fuq il-websajt tagħna.

Meta inti tidħol fil-websajt tagħna, aħna nirċievu awtomatikament l-indirizz tiegħek tal-internet protocol (IP) sabiex ningħataw informazzjoni biex inkunu nafu aktar dwar il-browser u s-sistema operattiva tiegħek.

Marketing elettroniku: Bil-permess tiegħek, nistgħu nibagħtulek ittri elettroniċi dwarna, prodotti ġodda u aġġornamenti oħra.

Inti tista’ twaqqaf dawn il-messaġġi ta’ marketing mingħandna meta trid. Inti tista’:

Tikklikkja fuq il-link ‘unsubscribe’ f’kull ittra elettronika

Tikkuntattjana fuq: [email protected]

SEZZJONI 2 - KUNSENS

Kif tiksbu l-kunsens tiegħi?

Meta inti tagħtina informazzjoni personali bħal ngħidu aħna meta timla formola ta’ kuntatt, aħna nifhmu li inti qed tagħti kunsens li aħna niġbru tali informazzjoni u nużawha għal dik ir-raġuni speċifika biss.

Jekk nitolbuk informazzjoni personali għal raġuni sekondarja, bħal marketing, jew nitolbuk direttament għall-kunsens jew nagħtuk l-opportunità li tgħid le.

Kif nirtira l-kunsens tiegħi?

Jekk wara li tagħżel li tagħti l-kunsens, tibdel il-fehma tiegħek, inti tista’ tirtira l-kunsens tiegħek li aħna nikkuntattjawk, li nkomplu niġbru, nużaw jew niżvelaw l-informazzjoni tiegħek, fi kwalunkwe ħin, billi tikklikkja hawnhekk u timla l-formola. Meta tagħmel hekk, l-informazzjoni li jkollna dwarek fil-websajt tagħna titħassar.

Jekk tkun tixtieq tara l-informazzjoni li ġbarna inti tista’ titlob aċċess billi tikklikkja hawnhekk u timla l-formola.

SEZZJONI 3 – ŻVELAR TA’ INFORMAZZJONI

Aħna nistgħu niżvelaw l-informazzjoni personali tiegħek jekk inkunu mitluba mil-liġi jew jekk inti tikser it-Termini tas-Servizz tagħna.

SEZZJONI 4 – SERVIZZI MINN PARTIJIET TERZI

Fornituri terzi użati minna jistgħu biss jiġbru, jużaw u jiżvelaw l-informazzjoni tiegħek sa fejn meħtieġ biex ikunu jistgħu jwettqu s-servizzi li jipprovdulna.

Ladarba tħalli l-websajt tagħna jew tkun dirett f’websajt jew applikazzjoni ta’ parti terza, inti ma tibqax immexxi minn din l-Istrateġija ta’ Privatezza jew mit-Termini ta’ Servizz tal-websajt tagħna.

Meta tikklikkja fuq il-links tal-websajt tagħna, dawn jistgħu jeħduk barra mill-websajt tagħna. Aħna mhux responsabbli għall-prattiċi tal-privatezza ta’ siti oħra u nħeġġuk taqra l-istqarrijiet ta’ privatezza tagħhom. 

SEZZJONI 5

SIGURTÀ

Biex inħarsu l-informazzjoni personali tiegħek, aħna nieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa u nsegwu l-aħjar prattiċi tal-industrija biex niżguraw li ma tiġix mitlufa, użata ħażin, aċċessata, żvelata, mibdula jew meqruda.

COOKIES

Din hija lista ta’ cookies li nużaw. Qegħdin f’din il-lista biex inti tkun tista’ tagħżel jekk tridx il-cookies jew le.

Cookies li janalizzaw is-sit – dawn il-cookies jippermettulna nkejlu u nanalizzaw kif il-klijenti tagħna jużaw is-sit, biex intejbu kemm il-funzjonalità u kemm l-esperjenza ta’ xiri tiegħek.

Cookies ta’ mira jew reklamar – dawn il-cookies jintużaw biex iwasslu reklami li huma relevanti għalik. Jillimitaw ukoll l-għadd ta’ drabi li inti tara reklam u jgħinuna nkejlu l-effettività tal-kampanji ta’ marketing tagħna.

Meta tuża s-sit tagħna, inti taqbel li nqiegħdu dawn il-cookies fl-apparat tiegħek u naċċessawhom meta żżur is-sit fil-ġejjieni. Jekk trid tħassar xi cookies li diġà hemm fil-kompjuter tiegħek, is-sezzjoni “għajnuna” fil-browser tiegħek għandha tipprovdi struzzjonijiet dwar kif issib il-fajl jew direttorju li jaħżen il-cookies. Kun af li meta tħassar jew tiddiżattiva cookies fil-ġejjieni, l-esperjenza tiegħek ta’ utent tista’ tiġi affettwata u ma tkunx tista’ tieħu vantaġġ minn ċerti funzjonijiet tas-sit tagħna.

SEZZJONI 6 – ETÀ TAL-KUNSENS

Meta tuża dan is-sit, inti tirrappreżenta li inti mill-inqas tal-età maġġuri fl-istat, kontea, provinċja, reġjun jew pajjiż ta’ residenza, jew li inti tal-età maġġuri fl-istat, kontea, provinċja, reġjun jew pajjiż ta’ residenza u li tajtna l-kunsens tiegħek biex nippermettu lil minuri dipendenti minnek biex jużaw dan is-sit.

SEZZJONI 7 – TIBDIL F’DIN L-ISTRATEĠIJA TA’ PRIVATEZZA

Aħna nirriżervaw id-dritt li nimmodifikaw din l-istrateġija ta’ privatezza fi kwalunkwe ħin, għalhekk nitolbuk taraha minn żmien għal żmien. Tibdil u kjarifiki jidħlu fis-seħħ immedjatament hekk kif jiġu ppubblikati fil-websajt. Jekk nagħmlu tibdil materjali lil din l-istrateġija tal-privatezza, aħna navżawk hawnhekk li ġiet aġġornata, sabiex tkun taf liema informazzjoni niġbru, kif nużawha u f’liema ċirkustanzi, jekk ikun hemm, nużawha u/jew niżvelawha.

Jekk l-organizzazzjoni tagħna tinxtara jew tingħaqad ma’ kumpanija oħra, l-informazzjoni tiegħek tista’ tiġi ttrasferita lis-sidien il-ġodda.

MISTOQSIJIET U INFORMAZZJONI TA’ KUNTATT

Jekk inti tixtieq: taċċessa, tikkoreġi, temenda jew tħassar kwalunkwe informazzjoni personali li għandna dwarek, irreġistra lment, jew jekk tixtieq sempliċiment aktar informazzjoni, ikkuntattja lill-Uffiċjal inkarigat mill-Istrateġijaj ta’ Privatezza fuq [email protected].