Mit-Tnejn 23 t’Awwissu sat-Tnejn 30 t’Awwissu 2027
Titjiriet diretti għal u minn Zagreb, Kroazja bir-Ryanair.
Akkomodazzjoni:
- Lukanda Luna Medjugorje Half Board 23-28 Awwissu
- Lukanda Amare Zadar Half Board 28-30 Awwissu
It-Tnejn, 23 t’Awwissu, 2027, niltaqgħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta – Titjira fil-għodu
Mal-wasla ġewwa Zagreb nibdew il-vjaġġ lejn Medjugorje b’waqfa għall-ikel.
F’Medjugorje isir it-tqassim tal-kmamar u ċ-ċena.
Matul iż-żjara tagħna nsiru midħla ta’ MEDJUGORJE, ir-raħal fejn jingħad li l-Madonna ilha tidher lil sitt viżjonarji sa mill-1981.
Matul iż-żjara tagħna l-Ewkaristija tkun iċċelebrata kuljum. Nattendu kuljum ukoll b’mod speċjali għall-attivitajiet skont il-programm tas-sajf tal-Parroċċa ta’ San Ġakbu.
Prezz:
- Persuna adulta f’kamra doppja/għal tnejn/tripla € 1226
- Persuna adulta f’kamra b’sodda waħda € 1436
Mal-booking:
- Pagament kollu tal-Pellegrinaġġ
Flimkien ma’:
- Passaport validu u fotokopja tal-passaport
- Fotokopja tal-Karta tal-Identita’ (minn quddiem u wara)
- Dettalji tal-eqreb qarib/a tiegħek f’kaz t’emergenza –
- Isem u Kunjom, Numru tat-telefon u x’jiġi minnek
- Assikurazzjoni tas-Saħħa Ewropeja
- Assikurazzjoni tal-Ivjaġġar (TRID ISSIR MINNEK MALLI TIBBUKKJA)
IMPORTANTI LI TGĦIDILNA:
- Jekk isoffrix minn xi kundizzjoni medika
- Xi tip t’alleġija/i minħabba l-ikel
Il-Pelleginaġġ jinkludi dan li ġej:
- Titjiriet diretti lejn u minn Zagreb
- 6 iljieli akkomodazzjoni fil-Lukanda Luna f’Medjugorje mill- 23 t’ Awwissu sas-28 t’Awwissu – Kolazzjon u Ċena kuljum
- 2 iljieli fil-Lukanda Amare f’Zadar, mit-28 sat-30 t’Awwissu – Pranzu u Kolazzjon
- Pranzu matul il-vjaġġ meta nkunu fi triqtna għal Medjugorje
- Ċena Mostar
- Pranzu Zadar
- Kmamar b’faċilitajiet privati
- Kull trasport mal-grupp
- Kull ġita inkluża mal-grupp
- Gwidi tal-lokal
- Servizz tat-Tour-Leader u tad-Direttur Spiritwali
- Trasferimenti tal-ajruport
- Taxxi tal-ajruport
- Taxxa tal-lukandi
- Assikurazzjoni taħt l-Insolvency Fund
Bagalji:
- Basket żgħir 40 x 30 x 20 – li fuq l-ajruplan joqgħod taħt is-seat
- Bagalja kbira 80 x 120 x 120 – 20 kg
Ser inżuru dawn il-postijiet:
- Tihaljina, fejn bdiet il-kariżma ta’ Radju Marija
- Għolja tad-Dehriet
- Muntanja tas-Salib
- Il-Kommunita’ Ċenakolo tal-Irġiel u tan-nisa
- Oasis of Peace
- Siroki Brijeg fejn 30 Patri Franġiskan ġarrbu l-martirju fis-7 ta’ Frar 1945
- Surmanci, fejn insibu l-ikona mirakoluża tal-Ħniena Divina u relikwa ta’ Santa Fawstina Kowalska.
- Mostar
- Zadar fil-Kroazja
- Katidral ta’ Sant’Anastasia
- Knisja ta’ San Xmun f’Zadar fejn hemm sarkofagu tiegħu. Xmun li ħa lil Ġesu’ f’dirajh meta Ommna
- Marija u San Ġużepp marru jippreżentah fit-tempju. San Xmun huwa l-Patrun ta’ Zadar
Matul il-ġranet li nkunu Medjugorje jkun hemm hin liberu.
Il-ġranet u l-ħinijiet taż-żjajjar tal-postijiet imsemmija jingħataw minn ġurnata qabel waqt li nkunu Medjugorje.
Il-ħinijiet u d-destinazzjonijiet jistgħu jinbidlu skont il-ħtieġa u t-temp.
Żomm dan il-pelleggrinaġġ fit-talb tiegħek ta’ kuljum.

