Niltaqgħu ma’ Mons Joseph Galea-Curmi fuq Radju Marija.

Nhar it-Tlieta 6 ta’ Ottubru fl-10am Fr Antoine se jkun qed jitkellem mal-Isqof Awżiljarju Mons Joseph Galea-Curmi. Huma se jittrattaw bosta temi fosthom id-dritt għall-ħajja tat-tfal mhux imwielda. Aktar kmieni f’Settembru, waqt quddiesa organizzata mill-Fondazzjoni LifeNetwork Malta b’tifkira tal-vittmi tal-abort fid-dinja, Mons Galea-Curmi kien saħaq li m’hemm xejn aktar progressiv u liberali mill-ħarsien tal-ħajja umana. Għalhekk ingħaqdu magħna nhar it-Tlieta 6 ta’ Ottubru fl-10am dejjem fuq Radju Marija.

Share This On