Seminar Jannar 2024

Nhar is-Sibt 27 ta’ Jannar 2024 għadd sabiħ ta’ voluntiera u preżentaturi ta’ Radju Marija flimkien ma’ wħud mill-impjegati nġabru għal Seminar ta’ nofstanhar fiċ-Ċentru Ragħaj it-Tajjeb fis-Seminarju, Tal-Virtù, ir-Rabat. Il- ġurnata bdiet biċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa ċċelebrata minn Fr Victor Degabriele SJ u Mons Renato Borg u animata mill-familja Curmi Cassar.

Wara l-quddiesa kien hemm taħdita minn Mons Renato Borg dwar l-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Nuntiandi tal-Papa Pawlu VI dwar l-Evanġelizzazzjoni fid-Dinja tal-Lum. Minkejja li din l-eżortazzjoni ngħatat fit-8 ta’ Diċembru tal-1975 dawk kollha preżenti għarfu l-attwalità tagħha speċjalment fil-kuntest ta’ Radju Marija. Kien hemm ukoll ħin għall-mistoqsijiet u għal qsim ta’ riflessjonijiet dwar it-taħdita. Is-seminar intemm b’mument ta’ fraternità waqt l-ikla ta’ nofsinhar.

Share This On