Ukrajna Papa Franġisku: Għandi dieqa kbira – 2 ta’ Marzu: jum ta’ talb u sawm għall-paċi

“May the Queen of Peace preserve the world from the madness of war”: this is the Pope’s heartfelt invocation at the end of the general audience in which he especially calls believers to dedicate the first day of Lent to recollection for the European country: God is the Father of all, not just of some, he wants us to be brothers, not enemies.

Adriana Masotti – Vatican City – Vatican News

“Qalbi tuġagħni wisq nara s-sitwazzjoni tiggrava fl-Ukrajna”. Il-Papa Franġisku qal hekk fit-tmiem tal-katekeżi fl-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa 23 ta’ Frar. “Minkejja l-isforzi diplomatiċi tal-aħħar ġimgħat, qed jinfetħu xenarji dejjem iżjed allarmanti. Bħal ħafna nies, mad-dinja kollha, inħossni mnikket u mħasseb. Għal darb’oħra, il-paċi ta’ kulħadd qed tiġi mhedda minn interessi partikolari”.

Il-Papa kompla jgħid: “Nixtieq nappella lil dawk li għandhom responsabbiltajiet politiċi, biex jagħmlu eżami tal-kuxjenza quddiem Alla, li hu Alla tal-paċi u mhux tal-gwerra; li hu Missier ta’ kulħadd, u mhux biss ta’ xi ħadd, li jridna aħwa u mhux għedewwa ta’ xulxin. Nitlob lill-partijiet kollha involuti biex jibqgħu lura minn kull azzjoni li terġa’ tipprovoka iktar tbatija lill-popli, tiddestabilizza l-konvivenza biex in-nazzjonijiet u ġġib fix-xejn il-liġi internazzjonali.”

L-appell huwa għal dawk kollha li jemmnu u għal dawk li ma jemmmnux.

Il-Papa Franġisku jaf li l-politika mhux biżżejjed biex tibdel il-qlub, Alla biss jista’ jagħmel dan, għalhekk qed iħeġġeġ lil kulħadd biex jingħaqdu f’talba unanima għall-paċi:

“Ġesù għallimna li għall-ġenn djaboliku tal-vjolenza għandna nwieġbu bl-armi ta’ Alla, bit-talb u bis-sawm. Nistedinkom ilkoll biex it-2 ta’ Marzu li ġej, l-Erbgħa tal-Irmied, nagħmluh Jum ta’ Sawm għall-paċi. Inħeġġeġ b’mod partikolari lil min jemmen biex dakinhar jiddedika ruħu intensament għat-talb u għas-sawm. Ħa tħares is-Sultana tal-paċi lid-dinja mill-bluha tal-gwerra.

Share This On