Maratona Novembru 2020

Radju Marija organizza maratona ta’ ġbir ta’ fondi fis-7 u t-8 ta’ Novembru 2020. Nirringrazzjaw lis-semmiegħa kollha li taw il-kontribut tagħhom biex inġabret is-somma ta’ €32,886.32. Dawn huma xi ritratti ta’ dawn il-jumejn speċjali.

  • L-Isqof Awżiljarju Mons Joe Galea-Curmi jbierek l-irħama bit-talba ta’ San Ġwann Pawlu II għal Radju Marija u wara jiċċelebra quddiesa fil-kappella tar-Radju.
  • Il-preżentazzjoni tal-ktieb il-Qalb tiegħi Tirbaħ lit-tliet tradutturi li għamlu din il-pubblikazzjoni possibbli.
  • L-impjegati u l-voluntiera ta’ Radju Marija impenjati waqt il-Maratona Ġbir ta’ Fondi fir-reception, mat-telefons, fl-istudjos, fl-uffiċċji u ovvjament xi ħaġa tajba tal-ikel ma naqsitx!

Minħabba l-COVID 19 ma kienx possibbli li nilqgħukom fl-istudjos tagħna għalhekk nittamaw li tieħdu gost taraw dawn ir-ritratti. Grazzi mill-ġdid għeżież semmiegħa! Il-Mulej ibierek il-ġenerożità tagħkom!

Share This On