Radju Marija jżur il-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem f’Birkirkara

Il-Ġimgħa 30 t’April Fr Antoine Borg, id-Direttur ta’ Radju Marija ċċelebra quddiesa fil-Parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem f’Birkirkara u wara għamel att ta’ konsagrazzjoni ta’ Radju Marija lil San Ġużepp. Din iċ-ċelebrazzjon kienet parti miż-żjarat li Radju Marija qed jagħmel fil-parroċċi taħt il-patroċinju ta’ San Ġużepp matul din is-sena ddedikata lil dan il-Qaddis tant maħbub.
Share This On