Nhar is-Sibt 24 ta’ April, Dun Antoine Borg, id-Direttur tar-Radju ċċelebra quddiesa fil-Parroċċa ta’ San Ġużepp fil-Kalkara. Il-Kappillan Dun Brian Gialanze laqa’ bil-ferħ lil Radju Marija u fi tmiem il-Quddiesa huwa ppreżenta lil Fr Antoine b’replika tal-pittura titulari li kif wiegħed Dun Antoine se titqiegħed fil-Kappella ta’ Radju Marija.
F’dawn ix-xhur, Radju Marija qed iżur parroċċi ddedikati lil San Ġużepp f’din is-sena li l-Papa Franġisku ddikjaraha s-Sena ta’ San Ġużepp. F’kull quddiesa Fr Antoine qed jikkonsagra lil Radju Marija u lis-semmiegħa lil San Ġużepp biex iħarisna u jmexxina, hekk kif kien għamel ma’ Marija u Ġesù.