Radju Marija jżur il-Parroċċa Marija Annunzjata f’Ħal Tarxien

Kien ta’ ferħ kbir għal Radju Marija li permezz ta’ Fr Antoine Borg bħala direttur żar il-Parroċċa Marija Annunzjata f’Ħal Tarxien. Nhar is-Sibt 10 ta’ Lulju Fr Antoine iċċelebra quddiesa u wara ikkonsagra lil Radju Marija lil San Ġużepp f’din is-sena Ġużeppina.

Il-Kappillan tal-parroċċa, Fr Chris Ellul, laqa’ bil-ferħ lil Fr Antoine u għarrfu b’missjoni ġdida fil-parroċċċa li se tibda toffri l-possibbiltà ta’ servizz pastorali lil dawk il-persuni li jkunu qed jikkunsidraw li jagħmlu abort jew inkella wettqu abort biex ikunu ta’ spalla u sapport f’dawn il-mumenti diffiċli. Huwa jixtieq ukoll li fil-parroċċa jinħoloq ambjent ta’ talb għal dawn il-persuni.

Radju Marija jirringrazzja lil Fr Chris u lil dawk kollha involuti f’dan il-proġett u jwiegħed li jgħin b’kull mod li jista’. Il-Mulej ibierek din il-missjoni fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien!

Share This On