11 ta’ Diċembru – Jum ta’ Sawm

Il-Familja Dinjija ta’ Radju Marija għal darb’oħra qed tistedinna ngħixu nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru bħala jum ta’ grazzji speċjali!

Aħna mħeġġin biex nhar il-Ġimgħa nosservaw jum ta’ sawm b’ħobż u ilma jew sawm ieħor. Barra minn hekk xieraq li ngħixu dan il-jum b’mod sħiħ bi tjubija, ħniena u maħfra. Imħeġġin ukoll inqaddsu dan il-jum b’mumenti ta’ talb u Radju Marija se jkun qed jgħinna nagħmlu dan bit-talb ta’ matul il-jum.

Share This On