Kompetizzjoni tat-tpinġija għat-tfal

Radju Marija qed jistieden lit-tfal kollha jieħdu sehem f’kompetizzjoni tat-tpinġija, għall-okkażjoni tas-Sena Ġużeppina. F’dan iż-żmien li qegħdin id-dar, nistgħu npinġu xena marbuta ma’ dan il-Qaddis kbir u nagħtuha rigal lil San Ġużepp. Mat-tpinġija, iktbu isimkom u l-età, l-indirizz u n-numru tat-telefon, u agħtu titlu lit-tpinġija. Għandkom żmien sat-23 t’April!

Ibagħtuha f’dan l-indirizz:

Radju Marija,
40
Triq San Vinċenz Ferreri
Rabat, RBT 2503,
Malta.

Ir-rebbieħa jitħabbru fl-1 ta’ Mejju fil-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem! Nistennew mingħandkom u nkomplu nuru l-imħabba tagħna lejn San Ġużepp!

Share This On