Il-familji jitolbu r-rużarju flimkien f’Radju Marija

Radju Marija permezz ta’ Fr Antoine qed iħeġġeġ lill-familji biex jiġu Radju Marija u flimkien jitolbu t-talba tar-Rużarju Mqaddes. Il-Familja Curmi Cassar laqgħet din l-istedina u flimkien ma’ wliedhom irrekordjaw ir-Rużarju fl-istudjos tagħna. Inkomplu nħeġġu aktar familji biex jagħmlu kuntatt ma’ Radju Marija u jiġu huma wkoll Radju Marija biex flimkien jgħixu din l-esperjenza sabiħa ta’ talb u għaqda.  Fir-ritratt jidhru William u Eleonor Curmi Cassar flimkien ma’ wliedhom Nicole, Jean Paul, Maruska, Clara u Mikhael.

Share This On