Maratona Ġbir ta’ Fondi b’risq Radju Marija Ottubru 2021

Radju Marija organizza maratona ta’ ġbir ta’ fondi l-Erbgħa 6, il-Ħamis 7 u l-Ġimgħa 8 ta’ Ottubru 2021. Nixtiequ minn qalbna nirringrazzjaw lis-semmiegħa kollha li kkontribwew għas-somma ta’ 46,097.04.

  • L-impjegati u l-voluntiera ta’ Radju Marija ħadmu qatigħ matul din il-maratona billi wieġbu t-telefons u wasslu xandira diretta ta’ programmi ta’ appelli u talb bejn it-08:00am u l-05:00pm matul it-tlett ijiem tal-maratona.
  • Radju Marija wkoll ingħaqad mal-Familja Dinjija ta’ Radju Marija għat-Talba tar-Rużarju nhar il-Ħamis 7 ta’ Ottubru fl-4:00pm li xxandret mis-Santwarju Pontifiċju tal-Beata Verġni Marija tar-Rużarju ta’ Pompei. Fr Antoine intervista f’xandira diretta bit-telefon lill-Isqof Mons. Tommaso Caputo, Rettur u Fr Ivan Licinio viċi-rettur.

Għal darb’oħra GRAZZI, għeżież semmiegħa! Il-Mulej ibierek il-ġenerożità tagħkom!

Share This On