Radju Marija jkompli jsaħħaħ is-sistema tan-netwerk fl-istudjos

F’dawn l-aħħar jiem kompla jsir xogħol biex jissaħħu s-sistemi tan-netwerk fl-istudjos ta’ Radju Marija Malta. L-apparat modern li għandna fl-istudjos jitlob li jkun hemm sistema ta’ cables tan-netwerk terminati bl-aktar mod professjonali. Dan ix-xoghol sar minn kumpanija privata lokali, bl-għajnuna tad-dipartiment tekniku tal-istazzjon. Hekk komplejna nimmodernizzaw l-istudjos u s-sistemi ta’ Radju Marija biex dejjem inwasslu xandiriet tal-aqwa kwalità.

                 

Share This On