Anġelus

 

L-Anġlu t’Alla ħabbar lil Marija;U hija saret omm mill-Ispirtu Santu
Sliema…Qaddisa…

Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej:
Ikun minni skond kelmtek.
Sliema…Qaddisa…

U l-Iben t’Alla sar bniedem;
U għammar fostna.
Sliema…Qaddisa…

Itlob għalina, qaddisa omm Alla. Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħidna Kristu.

Nitolbu:
Xerred Mulej, fi qlubna l-grazzja tiegħek biex aħna, li bit-tħabbira ta’ l-anġlu għarafna li Kristu Ibnek sar bniedem, bil-passjoni u s-salib tiegħu naslu għas-sebħ tal-qawmien. Bi Kristu Sidna. Ammen.

Share This On