Talba Għall-Ewwel Jum Dinji Tan-Nanniet U L-Anzjani 25 Ta’ Lulju 2021

Nirringrazzjak, Mulej,
għall-faraġ li tagħtini bil-preżenza tiegħek:
imqar fis-solitudni,
int it-tama tiegħi, il-fiduċja tiegħi;
sa minn żgħożiti, int il-blata tiegħi u l-fortizza tiegħi!

Nirringrazzjak li tajtni familja
u għall-barka ta’ ħajja twila.
Nirringrazzjak tal-mumenti ta’ ferħ u ta’ diffikultà,
tal-ħolm li sar realtà u ta’ dak li għad għandi quddiemi.
Nirringrazzjak għal dan iż-żmien ta’ frott imġedded
li qed issejjaħli għalih.

Kattar il-fidi tiegħi, o Mulej,
agħmilni strument tal-paċi tiegħek;
għallimni nilqa’ lil min qed ibati iktar minni,
biex ma niqafx noħlom
u biex nirrakkonta l-għeġubijiet tiegħek lill-ġenerazzjonijiet il-ġodda.

Ħares u mexxi lill-Papa Franġisku u lill-Knisja,
sabiex id-dawl tal-Vanġelu jilħaq it-truf tal-art.
Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej, biex iġġedded id-dinja,
sabiex il-maltempata tal-pandemija titrażżan.

Saħħaħni fid-dgħufija,
u agħtini li ngħix bis-sħiħ kull mument li tirregalali,
fiċ-ċertezza li int miegħi kuljum
sal-aħħar taż-żmien.

Ammen.

Share This On