Ġesù tiegħi, f’ġieħ il-għaraq tad-demm li xerridt fl-Ort tal-Ġetsemani, ikollok ħniena mill-Erwieħ ta’ dawk li jiġu minni fil-qrib, li qegħdin ibatu fil-Purgatorju.
Nazzarenu Ġesù tagħna,
Nitolbuk bil-qalb ismagħna,
F’ġieħ id-Demm imqaddes tiegħek,
Ħudhom fis il-Ġenna miegħek.
Missierna, Sliema, Agħtihom o Mulej …
Ġesù tiegħi, f’ġieħ dik il-ħarxa flaġellazzjoni li ġarrabt marbut mal-kolonna, ikollok ħniena mill-Erwieħ tal-qraba tiegħi u ta’ ħbiebi li qegħdin ibatu fil-Purgatorju.
Nazzarenu Ġesù tagħna,
Nitolbuk bil-qalb ismagħna,
F’ġieħ id-Demm imqaddes tiegħek,
Ħudhom fis il-Ġenna miegħek.
Missierna, Sliema, Agħtihom o Mulej …
Ġesù tiegħi, f’ġieħ dik il-kuruna tax-xewk l-aktar li jniggeż li nifidlek ir-ras imqaddsa tiegħek, ikollok ħniena minn dik ir-ruħ l-aktar minsija u mċaħħda mit-talb, u minn dik l-aktar li baqagħlha
Nazzarenu Ġesù tagħna,
Nitolbuk bil-qalb ismagħna,
F’ġieħ id-Demm imqaddes tiegħek,
Ħudhom fis il-Ġenna miegħek.
Missierna, Sliema, Agħtihom o Mulej …
Ġesù tiegħi, f’ġieħ dawk il-passi ta’ tbatija li mxejt imgħobbi bis-salib, ikollok ħniena minn dik ir-ruħ imwassla fil-qrib biex toħroġ mill-Purgatorju; u għal dik it-tbatija li ġarrabt flimkien mal-Imqaddsa Omm tiegħek Marija xħin iltqajtu fit-telgħa tal-Kalvarju, eħles dawk l-Erwieħ, li kienu devoti ta’ din l-Omm maħbuba, mill-pwieni tal-Purgatorju.
Nazzarenu Ġesù tagħna,
Nitolbuk bil-qalb ismagħna,
F’ġieħ id-Demm imqaddes tiegħek,
Ħudhom fis il-Ġenna miegħek.
Missierna, Sliema, Agħtihom o Mulej …
Ġesù tiegħi, f’ġieħ l-Imqaddes Ġisem tiegħek mimdud fuq is-salib, f’ġieħ l-Imqaddsa Idejn u Riġlejn tiegħek imsammrin b’imsiemer ħorox, u f’ġieħ il-Kustat Imqaddes tiegħek miftuħ bil-lanza, ikollok ħniena u mogħdrija mit-talb ta’ dawk li kienu obbligati jitolbu għalihom; eħlishom mit-tbatijiet ħorox li qegħdin isofru, sejħilhom u daħħalhom fit-tgawdija tiegħek fis-sema.
Nazzarenu Ġesù tagħna,
Nitolbuk bil-qalb ismagħna,
F’ġieħ id-Demm imqaddes tiegħek,
Ħudhom fis il-Ġenna miegħek.
Missierna, Sliema, Agħtihom o Mulej …
TALBA
O Erwieħ, li tinsabu fost turmenti l-aktar ħorox, jiena bħala devot tagħkom inwegħdkom li ma ninsikom qatt, u li nitlob bla ma nehda ‘l Alla biex tiġu meħlusa; u għal din l-Offerta li qiegħed nagħmlilkom pattuli nitlobkom billi taqilgħuli mingħand Alla, li tant jisma’ t-talb tagħkom għall-ġid tal-bnedmin, li jeħlisna mit-tiġrif kollu tal-ġisem. Nitlobkom għalija, għal ħbiebi, għall-benefatturi u l-għedewwa tiegħi, il-maħfra tad-dnubiet, is-salvazzjoni ta’ ruħna billi nibqgħu fit-tajjeb sal-aħħar ta’ ħajjitna. Eħilsuni mid-disprezzi, mill-mard u mid-dwejjaq kollha. Aqilgħuli l-paċi tar-ruħ, tuni għajnuna fl-għemil tiegħi kollu, aqbżu fis għalija f’kull ma neħtieġ għar-ruħ u għall-ġisem, tuni s-sabar u ħarsuni mit-tiġrif kollu.
Itolbu għall-Papa, għall-eżaltazzjoni tal-Knisja Mqaddsa, għall-paċi tan-Nazzjonijiet, għall-kwiet ta’ kulħadd, u itolbu li flimkien immorru ngawdu l-Ġenna (tintalab xi grazzja li wieħed ikun jixtieq mill-Erwieħ tal-Purgatorju).
Ġesù tiegħi ħniena.