Author: WebAdmin

Aġġornament tas-sistema tal-IT

Beda x-xogħol ta’ aġġornament tas-sistema tan-netwerk tal-IT fl-istudjos ta’ Radju Marija. Diġà tlesta l-ewwel studjo. L-istudjos l-oħra se jsiru fil-ġimghat li ġejjin. Dan huwa xogħol importanti li jrid isir biex in-netwerk tkompli tissaħħaħ u s-servizz li noffri jkun ta’ kwalità għolja. Is-sistema tal-IT jeħtieġ li tinżamm aġġornata għaliex it-teknoloġija tinbidel il-ħin kollu u jeħtieġ inżommu pass pass […]

Aqra iktar

L-Iskeda tal-Ħarifa fuq Radju Marija – 49 programm kull ġimgħa għas-semmiegħa tagħna!

Ilna għal dawn l-aħħar ħames xhur nippjanaw bla heda l-iskeda ta’ programmi li ser jixxandru fuq Radju Marija matul il-ħarifa 2020. Filwaqt li żammejna programmi ferm popolari magħkom is-semmiegħa bħal Magazine, Fl-Iskola ta’ San Piju, Inbid Ġdid, Il-Qrar Ifejjaq l-Imrar u Ħadd Kumpanija, ħejjejna wkoll sensiela ta’ programmi ġodda bi produtturi ġodda li ninsab ċert li […]

Aqra iktar

Niltaqgħu ma’ Mons Joseph Galea-Curmi fuq Radju Marija.

Nhar it-Tlieta 6 ta’ Ottubru fl-10am Fr Antoine se jkun qed jitkellem mal-Isqof Awżiljarju Mons Joseph Galea-Curmi. Huma se jittrattaw bosta temi fosthom id-dritt għall-ħajja tat-tfal mhux imwielda. Aktar kmieni f’Settembru, waqt quddiesa organizzata mill-Fondazzjoni LifeNetwork Malta b’tifkira tal-vittmi tal-abort fid-dinja, Mons Galea-Curmi kien saħaq li m’hemm xejn aktar progressiv u liberali mill-ħarsien tal-ħajja umana. […]

Aqra iktar

Bottijiet tad-Donazzjonijiet għal Radju Marija

Tixtieq tgħin lil Radju Marija? Għandek ħanut tal-merċa jew ħanut ieħor jew taf lil xi ħadd bil-ħanut u li lest iżomm bott għad-donazzjonijiet lil Radju Marija? Kull ċenteżmu jista’ jgħinna nkomplu nxerrdu l-Fidi Kattolika f’kull dar f’Malta u Għawdex. Jekk tista tgħinna, jekk jogħġbok ibgħatilna email fuq : [email protected] bl-isem u l-kunjom, I.D. u telefon, […]

Aqra iktar

Issa tistgħu takkwistaw il-Kalendarju 2021 ta’ Radju Marija

Ferħanin li nistgħu nippreżentawlkom il-Kalendarju ta’ Radju Marija 2021. Kalendarju sabiħ kif jaf joffri dejjem Radju Marija bil-festi liturġiċi u spazju fejn tiktbu n-notamenti tagħkom. Kull xahar jippreżenta ritratt oriġinali ta’ Kappelli Marjani Maltin. Biex takkwistaw kopja żuruna Radju Marija 40, Triq San Vinċenz Ferreri, ir-Rabat bejn id-9am u s-2pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Biex tordnaw tistgħu […]

Aqra iktar

Radju Marija joffri żejt għal sena għal-lampier fil-grotta ta’ San Pawl

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-25 Anniversarju nhar it-Tlieta 15 ta’ Settembru Radju Marija permezz tad-Direttur Fr Antoine Borg ippreżenta ż-żejt li bih se jinżamm mixgħul il- lampier fil-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat. Hija drawwa li l-parroċċi ta’ Malta jirregalaw żejt għal sena għal dan il-lampier forma ta’ xini. Radju Marija xtaq jiċċelebra wkoll il-25 Anniversarju tiegħu […]

Aqra iktar

Merħba fil-websajt aġġornat ta’ Radju Marija!

Merħba fil-websajt ta’ Radju Marija. Websajt ġdida u aġġornata fejn intom is-semmiegħa tistgħu ssibu tagħrif interessanti, kemm bil-Malti u kemm bl-Ingliż, jekk għandkom għal qalbkom lil dan l-istazzjon. Fil-websajt se ssibu l-iskeda aġġornata tal-programmi mxandra, is-sezzjoni ON DEMAND mimlija programmi attwali u oħrajn mill-arkivji li tistgħu terġgħu tisimgħu kif u meta tridu, aħbarijiet minn Radju […]

Aqra iktar