Author: WebAdmin

Voltage Stabilizer ġdid installat f’Radju Marija

Għadu kif ġie installat Voltage Stabilizer fil-binja ta’ Radju Marija Malta. B’dan l-apparat se nkunu qed insolvu problema oħra li kellna fil-provvista tal-elettriku fiż-żona tagħna li hija instabbli u għalhekk ikollna l-qtugħ tad-dawl. Il-ġeneratur kien jaħdem għal ħin sostanzjali tant li konna qed nonfqu mal-€50 diesel fil-ġimgħa. Grazzi minn qalbna tal-ġenerożità tagħkom. Intom dejjem fit-talb […]

Aqra iktar

Maratona Ġbir ta’ Fondi b’risq Radju Marija Ottubru 2021

Radju Marija organizza maratona ta’ ġbir ta’ fondi l-Erbgħa 6, il-Ħamis 7 u l-Ġimgħa 8 ta’ Ottubru 2021. Nixtiequ minn qalbna nirringrazzjaw lis-semmiegħa kollha li kkontribwew għas-somma ta’ € 46,097.04. L-impjegati u l-voluntiera ta’ Radju Marija ħadmu qatigħ matul din il-maratona billi wieġbu t-telefons u wasslu xandira diretta ta’ programmi ta’ appelli u talb bejn […]

Aqra iktar

Awwissu – Il-Knisja Ta’ Santa Marija Tal-Magħtab

Bħal kull sena Radju Marija ppubblika l-kalendarju tiegħu u għall-2021 kull xahar huwa mżejjen b’ritratt sabiħ ta’ 12-il kappella mill-ħafna li għandna fl-ibliet u fl-irħula tagħna. Din l-informazzjoni tassew interessanti nġabret mis-Sur Louis Fenech. Din il-knisja, żgħira iżda biżżejjed għan-nies li jgħixu f’dawn l-inħawi, hija antika ħafna, u tissemma f’diversi kuntratti tas-seklu XV u XVI. […]

Aqra iktar

Lulju- Kappella tal-Madonna tal-Fidwa tal-Ilsiera

Il-Kappella li hija abbinata max-xahar ta’ Lulju fil-Kalendarju ta’ din is-sena ta’ Radju Marija, hija dik iddedikata lill-Madonna tal-Fidwa tal-Ilsiera. Dan it-tagħrif huwa meħud mill-ħarġa speċjali SELMUNFEST tal-1991. Meta wieħed jitkellem dwar Selmun mill-ewwel jiġih f’moħħu kumpless sħiħ ta’ sbuħija naturali li jiġbor fih għoljiet, widien, baħar u gżejjer ta’ blat mogħxa u fuq kollox […]

Aqra iktar