Maratona ġbir ta’ fondi għal Radju Marija
Radju Marija għadu kif temm jumejn speċjali ta’ xandiriet fl-okkażjoni tal-Maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’risq ir-Radju bis-somma sabiħa ta’ €32,886.32 sat-8pm tal-Ħadd 8 ta’ Novembru. Dawn kienu jumejn fejn mit-8am sas-6pm id-Direttur ta’ Radju Marija Fr Antoine Borg żamm kuntatt kontinwu mas-semmiegħa filwaqt li appella għall-ġenerożità tas-semmiegħa. Ir-reception area kienet miftuħa għas-semmiegħa li waslu […]
